Dan jiddependi fuq il-pjanijiet tiegħek għall-flus li qed twarrab u kemm trid tużahom malajr.

Opportunità eċċellenti ta’ tfaddil illum hi li tinvesti fi prodott tal-pensjoni personali. Meta tinvesti f’dan il-prodott se tirċievi kreditu ta’ taxxa. Dak huwa ritorn eċċellenti.

Barra minn hekk, meta taċċessa l-investiment tiegħek fil-pjan tal-pensjoni tiegħek, li tista’ tagħmel dan bejn 61 u 70 sena, tista’ tiġbed sa 30% tal-investiment tiegħek mingħajr ħlas ta’ taxxa.

Għandek tinnota wkoll li waħda mill-miżuri tal-baġit għas-sena 2021 tinkludi żieda fil-kontribuzzjoni annwali li fuqha tirċievi kreditu ta’ taxxa ta’ 25% sa massimu ta’ €3,000 – li jfisser kreditu massimu ta’ taxxa ta’ €750.  Din il-miżura għadha trid tiġi implimentata.