Ir-reviżjonijiet għad-dħul mill-pensjoni jsiru wkoll biex jikkunsidraw l-aħħar ftehimiet innegozjati, imsejħa wkoll ftehimiet kollettivi.
Fuq perjodu ta’ żmien, il-kumpaniji jirrevedu l-ftehimiet kollettivi tagħhom biex itejbu l-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tagħhom. Il-ftehimiet kollettivi mhux biss jipprovdu pagi, benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar lill-impjegati tagħhom iżda wkoll lill-impjegati tal-passat, u jagħtu lill-pensjonanti, li kienu jagħtu servizz mal-kumpaniji, l-opportunità li jaraw żieda fir-rata tal-pensjoni ta’ kull ġimgħa, u għalhekk itejbu l-pensjoni tagħhom.
Għaldaqstant, ir-reviżjonijiet fil-każ tal-aħħar isiru skont is-salarji u d-denominazzjonijiet tal-impjiegi koperti mill-ftehimiet kollettivi rispettivi. Dawn iż-żidiet, madankollu, ma jistgħux jaqbżu l-massimu ta’ dħul pensjonabbli li huwa ta’ €243.81 għas-sena 2020.
Meta ma jkunx hemm ftehim formali fis-seħħ, ir-reviżjoni fir-rata tal-pensjoni ssir skont is-salarji li jiġu ggwadanjati mill-persuna/i li jkunu qed jagħmlu x-xogħol li kien/et j/tagħmel qabel dan/din il-penzjonant/a. F’dawn il-każijiet, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jitlob għas-salarji annwali li qed idaħħal dan/din l-impjegat/a “il-ġdid/a” li j/tkun bidel/bidlet il-pensjonant/a u assuma r-responsabbiltajiet tiegħu/tagħha — li għandhom l-istess termini u kundizzjonijiet ta’ impjieg.