COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 23

L-imġiba tagħna, f’dak li jirrigwarda l-ippjanar tal-irtirar, hija kkundizzjonata minn dik li bl-Ingliż tissejjaħ: behavioural heuristics. F’termini sempliċi dan ifisser li d-deċiżjonijiet tagħna huma bbażati fuq regoli ġenerali li jissimplifikaw id-deċiżjonijiet minħabba kundizzjonijiet ta’ inċertezza. Fid-dinja ta’ qabel il-COVID-19, ir-regola ewlenija ġenerali li ħalliet impatt fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-irtirar kienet li l-irtirar baqagħlu…