IR-RIĊERKA TA’ ĠEMMA: IT-TEENAGERS

Fl-2019 ĠEMMA nidiet riċerka fuq il-kapaċità finanzjarja kofinanzjata mill-FSE tal-UE mmirata lejn 14-il grupp li ġew identifikati permezz ta’ konsultazzjoni meta kienet qed titfassal l-Istrateġija tal-Irtirar u tal-Kapaċità Finanzjarja (2017-2019). It-teenagers huma identifikati bħala grupp vulnerabbli. Huma jiksbu l-ħiliet ta’ kapaċità finanzjarja minn żewġ sorsi. L-ewwel, mill-edukazzjoni. Il-kurrikulu l-ġdid introdott fl-2012 wassal għall-introduzzjoni tal-litteriżmu finanzjarju…