IL-ĠBID MIT-TFADDIL TAL-FOND TAL-PENSJONIJIET U REGOLI PRATTIĊI – L-EWWEL PARTI

Mhux kulħadd irid parir finanzjarju individwali u mhux kulħadd jista’ jaffordjah. Dawk li jiksbu parir finanzjarju individwali jridu li jkollhom parir sod u affidabbli. F’xi swieq tat-tfaddil u tal-pensjonijiet jintużaw regoli prattiċi (dawk li bl-Ingliż insejħulhom Rules of Thumb) biex jagħtu pariri ġenerali lill-irtirati. Definizzjoni prattika ta’ regoli prattiċi hija: “Prinċipju sempliċi, ġeneralment affidabbli fin-nuqqas…

ID-DATI TAL-ĦLAS TAL-BENEFIĊĊJI TAL-INVALIDITÀ, TAL-IRTIRAR U TAR-ROMOL

Jekk tirċievi wieħed mill-benefiċċji ta’ hawn fuq, se tirċievi pagament f’dati partikolari. Trid iżżomm kont ta’ meta l-pagamenti jiġu ddepożitati fil-kont tiegħek? Ikklikkja hawn  biex tniżżel u tissejvja l-kalendarju tagħna għall-2021. Il-pagamenti jinħarġu fuq bażi ta’ erba’ ġimgħat, li jirriżultaw f’total ta’ tlettax-il pagament tal-pensjoni għal kull sena kalendarja.