Le. Evita l-użura għax dik agħar mill-pesta. L-użura hi meta tissellef flus b’rati tal-imgħax għoljin ħafna. Inti tirriskja li s-self tiegħek jisplodi jekk tonqos milli tħallas fil-ħin. L-użuraj jista’ jagħmel pressjoni sinifikanti fuqek biex jiżgura li tħallas. Jekk inti f’din il-pożizzjoni – mur għand xi ħadd li tista’ tafda: membru tal-familja tiegħek jew għand il-kappillan. Avviċina NGO bħal Caritas biex tara kif jistgħu jgħinuk toħroġ. ĠEMMA tenfasizza bil-kbir li qatt ma tissellef bl-użura.