Persuni li jaqilgħu dħul mill-kummerċ, negozju, professjoni, vokazzjoni u persuni li jirċievu dħul minn kirjiet, investimenti, qligħ kapitali jew kwalunkwe dħul passiv ieħor m’għandhomx pakkett ta’ dħul li jikkonsisti f’allowances, sahra, bonusijiet tal-prestazzjoni u bonusijiet statutorji.
Madankollu, il-pensjonanti li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu għal rashom wara li jitolbu pensjoni jirċievu l-bonusijiet statutorji mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, b’mod sħiħ, darbtejn fis-sena, f’Ġunju u Diċembru li jammontaw għal €135.10 kull darba u bonus addizzjonali ta’ €3.12 kull ġimgħa mar-rata tal-pensjoni tagħhom.