L-ewwel u qabel kollox, f’Malta l-bonusijiet tal-gvern, magħrufin ukoll bħala bonusijiet statutorji huma obbligatorji u huma ħlasijiet trimestrali magħmula minn min iħaddem lill-impjegat.

Għall-irtirati li jaħdmu fuq bażi full-time, ir-responsabbiltà tal-ħlas tal-bonusijiet sħaħ huwa fuq min iħaddem. L-ebda bonus mhu maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjonanti li jaħdmu full-time.

Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ pensjonanti part-time, parti mill-bonus (magħruf ukoll bħala bonus prorata) jitħallas minn min iħaddem skont is-sigħat maħduma filwaqt li l-bqija tal-bilanċ jitħallas mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq preżentazzjoni ta’ kopja tal-payslips li juru l-ammont ta’ bonus irċevut. Il-kopji tal-payslips jistgħu jiġu ppreżentati fl-eqreb uffiċċju distrettwali tiegħek jew jintbagħtu skennjati lis-Sigurtà Soċjali l-MFCS: Social.Security@gov.mt jew lil ServizzGov servizz@gov.mt

Aktar informazzjoni dettaljata tista’ tinstab hawn.