COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 13

Peress li qed nesperjenzaw il-COVID-19, hemm possibbiltà tajba li qed taħdem mid-dar, it-tfal tiegħek qed jitgħallmu mid-dar u b’mod ġenerali qed tqatta’ aktar ħin fid-dar. Kif dejjem enfasizzajna fil-posts tagħna, minħabba l-inċertezzi, huwa importanti ħafna li timmaniġġja l-ispejjeż tiegħek. L-immaniġġjar tal-ispejjeż jista’ jsir billi jitnaqqas dak li bl-Ingliż insejħulu revenue leakage  – jiġifieri  l-ispejjeż li wieħed…

TNEDIJA TA’ KALKULATUR ĠDID: IL-LATTE TRACKER

It-tim ĠEMMA bi pjaċir jinfurmak li nieda kalkulatur ġdid – Il-Latte Tracker. Il-fattur Latte kien imsawwar minn ċertu David Bach li ħareġ l-idea sempliċi li l-affarijiet trivjali li nonfqu fuq affarijiet ta’ kuljum jammontaw għal somma kbira matul il-perjodu ta’ sena. Il-fattur Latte huwa l-infiq bla ħsieb fuq l-affarijiet żgħar ta’ kuljum li ma jżidux…