Peress li qed nesperjenzaw il-COVID-19, hemm possibbiltà tajba li qed taħdem mid-dar, it-tfal tiegħek qed jitgħallmu mid-dar u b’mod ġenerali qed tqatta’ aktar ħin fid-dar.
Kif dejjem enfasizzajna fil-posts tagħna, minħabba l-inċertezzi, huwa importanti ħafna li timmaniġġja l-ispejjeż tiegħek. L-immaniġġjar tal-ispejjeż jista’ jsir billi jitnaqqas dak li bl-Ingliż insejħulu revenue leakage – jiġifieri l-ispejjeż li wieħed jagħmel bla bżonn minħabba l-imġiba tiegħu – kif ukoll billi tnaqqas dawk l-affarijiet sbieħ li wieħed jixtieq ikollu.
Waħda mill-ispiżi ta’ kull xahar hi l-ispiża tad-dawl u l-ilma. F’dan il-post se nippreżentaw numru ta’ pariri li nissuġġerixxu li ssegwi biex tnaqqas il-kontijiet tiegħek tad-dawl u l-ilma. Fil-fatt dawn huma pariri li għandek iżżomm anke meta jkun għadda l-COVID-19.
- il-friġis u l-friżers – 63%
- il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-platti –10%
- it-tisjir – 7%
- id-dawl – 6%
- l-apparat elettroniku għall-użu tal-konsumatur – 4%
- Baxxi t-termostat – billi tbaxxih bi 1°c tista’ taqta’ 10% mill-ispejjeż biex issaħħan
- Itfi d-dawl meta titlaq minn kamra
- Imla sal-massimu l-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ u dik tal-platti, kif ukoll it-tumble dryer – Meta tkun tagħbija mimlija waħda tuża inqas enerġija minn żewġ nofs tagħbijiet. Aħsel il-ħwejjeġ tiegħek bi 30ºC u tużax it-tumble dryer jekk tgħaddi mingħajru
- Timliex il-kitla tiegħek iżżejjed – għalli l-ammont ta’ ilma li għandek bżonn għal dak il-ħin
- Aqla’ l-ċarġers kollha meta ma tkunx qed tużahom, speċjalment dawk li jkollhom xi dwal li jixegħlu
- Itfi t-tablets, il-laptops u l-kaxex tat-TV hekk kif tieqaf tużahom u idealment aqlagħhom mill-plakka
- Tkomplix tiċċarġja oġġetti elettriċi ladarba jilħqu 100% jew tħallihom jiċċarġjaw lejl sħiħ
- Itfi u aqla’ mill-plakka r-router tal-internet meta l-aħħar persuna tmur torqod
- Dejjem itfi d-dwal meta titlaq minn kamra, irrispettivament minn kemm iddum
- Issa jista’ jkun żmien tajjeb biex taħseb li tibdel il-bozoz ineffiċjenti li għad għandek fid-dar
- Kun konxju/a ta’ kemm għandek dwal mixgħulin u jekk għandhomx bżonn ikunu kollha mixgħulin
- Naqqas b’ċiklu wieħed biss kull ġimgħa l-użu tal-magna tal-ħasil
- Jekk qed tippjana li tuża l-forn, ara jekk tistax issajjar għal aktar minn darba jew isajjar diversi affarijiet fl-istess ħin, biex tieħu vantaġġ mill-enerġija użata biex issaħħan il-forn
- Qatt m’għandek tpoġġi l-ikel jaħraq fil-friġġ jew fil-friża; ħallih jiksaħ l-ewwel
- Iżżommx il-bieba tal-friġġ jew tal-friża miftuħa għal perjodu twil ta’ ħin, peress li wara, il-friġġ jew il-friża, se jkollha taħdem aktar biex tkessaħ it-temperatura
- Żomm il-friġġ tiegħek b’temperatura ta’ 5ºC jew inqas. Bħala medja, inżommu l-friġis tagħna b’temperatura ta’ 7ºC, li jfisser li l-ikel tagħna jmur qabel
- Jekk inti ssajjar għal aktar minn darba, iffriża ż-żejjed u jekk issaħħan il-porzjoni li jkollok bżonn fil-microwave, tkun tuża inqas enerġija milli ssajjar l-istess ikla mill-bidu kull darba
- Dejjem għatti l-borom u t-taġnijiet tiegħek – l-ilma jiftaħ jagħli qabel u tuża inqas enerġija biex issaħħan l-ikel tiegħek
- Itfi l-forn ftit minuti qabel mal-ikel ikun imsajjar għal kollox – speċjalment jekk għandek forn tal-elettriku, għaliex dan jieħu ftit taż-żmien biex jibred u b’hekk ikompli jsajjar l-ikel tiegħek
- Tiftaħx il-bieba tal-forn ripetutament – għax tkun tħalli s-sħana toħroġ u b’hekk taħli aktar enerġija. Jekk tista’, l-ikel ittawwallu mill-ħġieġa tal-bieba minflok tiftaħ il-bieba
- Qatta’ minuta inqas fix-xawer
- Ibdel banju li tieħu fil-ġimgħa ma’ xawer ta’ 5 minuti
- Uża showerhead li tuża l-ilma b’mod effiċjenti – issa huwa l-ħin biex tixtri waħda jekk m’għandekx
- Vit tal-ilma miftuħ il-ħin kollu jaħli aktar minn 6 litri ilma kull minuta, għalhekk agħlaq il-vit waqt li taħsel snienek, tqaxxar il-leħja, jew taħsel wiċċek.
- Vit iqattar jista’ jaħli aktar minn 5,300 litru ta’ ilma fis-sena, għalhekk aċċerta ruħek li l-vitien tiegħek jingħalqu kif suppost u ibdel il-washers minnufih meta l-vitien jibdew iqattru
- Dejjem uża ilma kiesaħ jekk ma teħtieġx ilma sħun
- Uża flaxxjatura sħiħa meta jkollok bżonnha biss
- https://energysavingtrust.org.uk/blog/tvs-are-electricity-guzzlers-%E2%80%93-you-need-see-bigger-picture
- https://energysavingtrust.org.uk/blog/energy-saving-tips-when-you-are-stuck-home
- https://energysavingtrust.org.uk/blog/top-five-tips-save-energy-kitchen
- https://energysavingtrust.org.uk/blog/top-five-tips-save-energy-kitchen
- https://energysavingtrust.org.uk/home-energy-efficiency/saving-water