Kampanja ta’ Għarfien tal-Kapaċità Finanzjarja ta’ ĠEMMA għall-Persuni Impjegati f’Negozju tal-Familja
ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Taħdem fin-negozju tal-familja? Il-bolla hija mod ta’ kif tassigura l-pensjoni tiegħek. Ħallasha!” dirett lejn persuni li huma impjegati f’negozju tal-familja.…