TWELIDT FL-1962 JEW WARA? TAF VERAMENT KIF TAĦDEM IS-SISTEMA TAL-PENSJONIJIET FIR-RIGWARD TIEGĦEK?

Fit-18 ta’ Ġunju, ĠEMMA għamlet post bir-riżultati ta’ stħarriġ  li wettqet dwar l-għarfien fost il-persuni li twieldu fl-1962 jew wara dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet fir-rigward tagħhom.  L-istampa ġenerali hija inkwetanti. Il-biċċa l-kbira tan-nies għandhom idea estremament vaga ta’ kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet tal-istat u kif taffettwahom direttament. Dan ifisser li hemm numru kbir ta’…

Persuna taħdem għal rasek? Kif timmaniġġja l-isfidi tal-Immaniġġjar tal-Flus tiegħek?

Li taħdem għal rasek definittivament għandha l-vantaġġi tagħha – l-ewwel nett, int imgħallem tiegħek stess. Iva int ukoll jista’ jkollok tiffaċċja sfidi ta’ immaniġġjar tal-flus. Hawn huma xi suġġerimenti prattiċi li tista’ tkun tixtieq tikkunsidra: Ibda ġemma’ kmieni u tidħol fid-drawwa li tiffranka b’mod konsistenti maż-żmien. Bħala persuna li taħdem għal rasha se jkun hemm…

X’jagħmel Sid tan-Negozju li Jaħdem għal Rasu Kapaċi Finanzjarjament?

Int taħdem għal rasek? Taf x’tagħmel persuna li taħdem għal rasha kapaċi finanzjarjament? Studju bit-titolu ‘Financial education for entrepreneurs’ (ACCA – 2014) jikkonkludi li sid ta’ negozju li jaħdem għal rasu li jkun kapaċi finanzjarjament: Jiddistingwi bejn finanzi personali u tan-negozju. Ikun xerrej kompetenti tas-servizzi finanzjarji – jifhem il-prodotti finanzjarji, l-ispejjeż u r-riskji tagħhom, u…

KONTRIBUZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ SOĊJALI – X’INHU IMPORTANTI LI TKUN TAF

Fit-3 ta’ Novembru ĠEMMA kellha webinar dwar fatturi ewlenin li wieħed għandu jkun konxju fir-rigward tas-sistema kontributorja tas-sigurtà soċjali.  Jekk tlift il-webinar u tixtieq tarah ikklikkja hawn. Tlift il-Webinar … Tixtieq tkun taf xi ntqal? Ikklikkja hawn biex tniżżel il-preżentazzjoni mogħtija mis-Sinjura Pace, Assistent Prinċipal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-maniġer tal-portal gemma.gov.mt. Is-Sinjura Pace, Assistent…

IL-MINIMU TAL-KONTRIBUZZJONIJIET LI GĦANDHOM JITĦALLSU BIEX TIKKWALIFIKAW GĦALL-PENSJONI KONTRIBUTORJA TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

Huwa importanti li tinnota li trid tkun ħallast limitu minimu ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għalik biex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali. L-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li trid tħallas jiddependi mid-data tat-twelid tiegħek. Dawn huma ppreżentati fit-tabella t’hawn taħt. Id-data tat-twelidBiex tikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali1952 – 1961Trid tħallas 10 snin sħaħ ta’ kontribuzzjonijiet…

SE TAGĦMEL PJAN TA’ PENSJONI PERSONALI: X’GĦANDEK TFITTEX FI PJAN TAL-PENSJONI PERSONALI

Wara li ħsibt sew iddeċidejt li tinvesti fi pjan ta’ pensjoni personali. Għadd ta’ fornituri ta’ servizzi finanzjarji joffru pjanijiet ta’ pensjoni personali. Aħna, it-tim ĠEMMA nissuġġerixxu bil-qawwa li ddur u tara x’hawn fis-suq qabel ma tieħu deċiżjoni. Aħna nitolbuk li, bħala minimu, għandek tqis il-fatturi li ġejjin: Staqsi għad-dokument tal-fatti ewlenin għal kull pjan…

X’FATTURI GĦANDI NIKKUNSIDRA QABEL MA NIDDEĊIEDI LI NINVESTI FI PJAN TAL-PENSJONI PERSONALI?

Qabel ma tinvesti t-tfaddil tiegħek fi prodott privat tal-pensjoni tal-irtirar jew kwalunkwe prodott ieħor ta’ tfaddil jew ta’ investiment, huwa importanti li taħseb bir-reqqa dwar il-ħtiġijiet uniċi u s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tiegħek.  Dan jippermettilek tiddetermina jekk l-investiment huwiex tajjeb għalik.  Dawn li ġejjin huma affarijiet li għandek tqis: Immaniġġja l-livell tad-dejn tiegħek Għandek tikkunsidra l-ammont…

KIF TĦALLAS B’LURA L-KONTRIBUZZJONIJIET TAL-PENSJONI TIEGĦEK

Ħlas b’lura – Jekk tieqaf taħdem għal xi perjodu matul il-ħajja tax-xogħol tiegħek u tkompli fi stadju aktar tard, il-pensjoni tal-istat tiegħek tista’ tiġi affettwata. Jekk m’għandekx rekord sħiħ tal-kontribuzzjoni, inti tirriskja li ma tikkwalifikax għall-pensjoni sħiħa ta’ żewġ terzi. Dan ifisser li jkollok id-dħul tal-pensjoni mnaqqas. Jekk int impjegat/a jew taħdem għal rasek, għandek…

KAMPANJA TA’ GĦARFIEN DWAR IL-KAPAĊITÀ FINANZJARJA TA’ ĠEMMA GĦALL-PERSUNI LI JAĦDMU GĦAL RASHOM

Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’: l-obbligi ta’ persuna li taħdem għal rasha skont il-liġijiet ta’ Malta; l-importanza li tħallas paga lilek innifsek kif ukoll lill-membri tal-familja li jaħdmu miegħek; is-separazzjoni immedjatament tal-flus li għandek bżonn tħallas għall-VAT u għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul mill-ammont li titħallas; l-importanza li tħallas il-kontribuzzjoni…

Kampanja ta’ Għarfien tal-Kapaċità Finanzjarja ta’ ĠEMMA għall-Persuni Impjegati f’Negozju tal-Familja

ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Taħdem fin-negozju tal-familja?  Il-bolla hija mod ta’ kif tassigura l-pensjoni tiegħek.  Ħallasha!” dirett lejn persuni li huma impjegati f’negozju tal-familja.…