Int taħdem għal rasek? Taf x’tagħmel persuna li taħdem għal rasha kapaċi finanzjarjament? Studju bit-titolu ‘Financial education for entrepreneurs’ (ACCA – 2014) jikkonkludi li sid ta’ negozju li jaħdem għal rasu li jkun kapaċi finanzjarjament:
- Jiddistingwi bejn finanzi personali u tan-negozju.
- Ikun xerrej kompetenti tas-servizzi finanzjarji – jifhem il-prodotti finanzjarji, l-ispejjeż u r-riskji tagħhom, u jagħżel x’inhu adattat għan-negozju.
- Jantiċipa l-ħtiġijiet finanzjarji futuri tan-negozju taħt xenarji alternattivi.
- Jivvaluta r-riskji li għalihom huwa espost in-negozju u jħejji tweġibiet xierqa.
- Jifhem il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-fornituri tal-finanzi, u b’hekk napprezzaw kif in-negozju jista’ jsir affidabbli jew lest għall-investiment.
- Jirrelata l-ħtiġijiet finanzjarji tan-negozju mal-qafas regolatorju u fiskali ta’ pajjiż – biex japprezza l-kunċetti ta’ effiċjenza regolatorja u fiskali.
- Jeżerċita l-immaniġġjar finanzjarju, jiġifieri, li juża informazzjoni finanzjarja biex janalizza l-prestazzjoni tan-negozju u joħloq policies u kontrolli li jottimizzaw dan.
L-istudju jindika wkoll li l-ħiliet tal-kapaċità finanzjarja li ġejjin għandhom ikunu trasferibbli lill-persuna fin-negozju li taħdem għal rasha:
- Monitoraġġ tal-ispejjeż li jinkludu l-kapaċità li żżomm aġġornat, b’mod rigoruż, fuq dak li wieħed nefaq u kemm wieħed għandu disponibbli biex jonfoq.
- Ibbaġitjar li jinkludi l-kapaċità li jippjana l-infiq ta’ spiss u b’mod preċiż kif ukoll li jimxi mal-pjanijiet ta’ nfiq tiegħu.
- Li wieħed jgħix bil-mezzi li jaffordja li jinkludu l-kapaċità li jiġi evitat li jkun hemm bżonn ta’ kreditu fuq perjodu qasir minħabba l-infiq eċċessiv, li jissellef biss f’livelli affordabbli u li ma jkunx jeħtieġ kreditu għax-xiri tal-ikel jew il-ħlas lura tad-djun.