Aktar kmieni dan ix-xahar il-Gvern ħareġ avviż legali li jistabbilixxi dan li ġej:
- L-applikazzjoni għal moratorju tista’ ssir sal-31 ta’ Marzu, 2021
- It-tul tal-moratorju huwa sa massimu ta’ 9 xhur.
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħejja dokument bl-aktar mistoqsijiet komuni li tista’ titniżżel billi tikklikkja hawn. Id-dokument jippreżenta tweġibiet li jinkludu:
- Applikazzjonijiet li jsiru għall-ewwel darba
- Estensjoni ta’ moratorju eżistenti
- Persuna li ssellfet b’moratorju li diġà jaqbeż id-disa’ xhur
- Persuna li ssellfet, li tibbenefika minn moratorju li ma jaqbiżx id-disa’ xhur, u bdiet terġa’ tħallas il-pagamenti lura fuq l-istess self, iżda għandha f’diffikultà u teħtieġ estensjoni
- Persuni li ssellfu, li bbenefikaw minn moratorju li ma jaqbiżx id-disa’ xhur, li ma applikawx għal estensjoni u ma setgħux jerġgħu jibdew il-ħlasijiet tal-pagamenti lura fuq l-istess self iżda issa jixtiequ japplikaw għal estensjoni
- L-applikazzjonijiet li jsiru għall-ewwel darba, huma soġġetti għal miżuri ta’ għajnuna offruti mill-bank minħabba li l-perjodu ta’ applikazzjoni magħluq (wara Settembru 2020)
Id-Direttiva Nru 18 maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-Moratorja dwar il-Faċilitajiet ta’ Kreditu f’Ċirkostanzi Eċċezzjonali tista’ tiġi aċċessata billi tikklikkja hawn. Din id-direttiva, fost affarijiet oħra, tenfasizza li l-applikanti għandhom ikunu eliġibbli għall-moratorju jekk, abbażi ta’ evidenza suffiċjenti, aċċettabbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja rispettiva tagħhom, jistgħu jagħtu prova li d-dħul tagħhom ġie jew se jkunu affettwat negattivament mill-imxija tal-COVID-19 b’tali mod li ma jistgħux ilaħħqu mal-impenji ta’ ħlas lura tal-faċilità ta’ kreditu kemm tal-kapital kif ukoll/jew tal-imgħax parzjalment jew kollu kemm hu.