Fit-tgħaqqid flimkien tal-Istrateġija l-ġdida għall-Kapaċità Finanzjarja 2021-2024, minn kampanji li saru bejn l-2017 u l-2020, ħareġ li l-kampanji qosra għandhom jiġu kkomplimentati minn kampanja kbira fit-tul diretta biex tippreżenta u terġa’ tenfasizza l-messaġġ edukattiv dwar aspetti importanti ewlenin relatati mal-edukazzjoni finanzjarja. Mill-attivitajiet u r-riċerka mwettqa minn ĠEMMA matul dawn l-aħħar erba’ snin, ikompli joħroġ li l-għarfien dwar il-pensjonijiet u l-irtirar, fil-biċċa l-kbira tal-faxex tal-popolazzjoni, inklużi dawk li qed jirtiraw, mhux biżżejjed u xi drabi żbaljat.
L-irtirar huwa parti importanti mill-vjaġġ tal-ħajja ta’ persuna.
Għal dan il-għan, ĠEMMA se tibda kampanja edukattiva ta’ 18-il xahar dwar il-pensjonijiet u l-irtirar. Matul dan il-perjodu ĠEMMA se tkun qed tagħmel webinars, tqassam kotba elettroniċi, tippreżenta slots ta’ informazzjoni fuq il-midja, tniedi vidjows, fost inizjattivi oħra.
ĠEMMA se tibda din il-Kampanja Edukattiva dwar il-Pensjonijiet u l-Irtirar permezz tat-tnedija ta’ 18-il vidjow qasir. Dawn il-vidjows huma immirati biex jispjegaw is-sistema tal-pensjonijiet u jkopru affarijiet bħal:
- F’xiex tikkonsisti s-sistemi tas-sigurtà soċjali?
- Kif evolviet is-sistema tal-pensjonijiet mill-1979?
- Kif jaħdem il-ħlas tal-kontribuzzjoni?
- Kif taħdem l-età tal-irtirar?
- X’inhuma l-obbligi tal-persuni skont l-età tagħhom?
- Kif jiġi kkalkulat id-dħul mill-pensjoni?
- X’inhu meħtieġ biex persuna tirċievi pensjoni sħiħa?
- Kif taħdem is-sistema ta’ kreditu?
- Kif jimtlew id-diskrepanzi fis-sistema tal-pensjonijiet?
- Kif taħdem is-sistema tal-pensjoni fir-rigward tal-persuna li taħdem għal rasha?
ĠEMMA llum bi pjaċir tniedi l-ewwel vidjow tagħha. Dan huwa intitolat Is-Sistema tal-Pensjonijiet (Sistema ta’ Assigurazzjoni) Biex tara l-vidjow, skrollja hawn taħt jew ikklikkja hawn.