Aħsibha darbtejn – it-trażżin tal-istint tax-xiri impulsiv

“Wow … kemm tidher sabiħa”. “Dan skont verament tajjeb”. “Irrid nixtrih/a żgur dan/din”. Ħsibijiet bħal dawn ta’ spiss jgħaddulna minn moħħna. Dawn is-sentimenti huma normali u huma komuni għal ħafna persuni oħrajn. Bħala konsumaturi, ħafna mid-drabi aħna nkunu attirati lejn prodotti ġodda. Il-possibbilta’ li nkunu nistgħu nixtru oġġett għal prezz inqas milli kien stabbilit qabel,…

TWELIDT FL-1962 JEW WARA? TAF VERAMENT KIF TAĦDEM IS-SISTEMA TAL-PENSJONIJIET FIR-RIGWARD TIEGĦEK?

Fit-18 ta’ Ġunju, ĠEMMA għamlet post bir-riżultati ta’ stħarriġ  li wettqet dwar l-għarfien fost il-persuni li twieldu fl-1962 jew wara dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet fir-rigward tagħhom.  L-istampa ġenerali hija inkwetanti. Il-biċċa l-kbira tan-nies għandhom idea estremament vaga ta’ kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet tal-istat u kif taffettwahom direttament. Dan ifisser li hemm numru kbir ta’…

ĠEMMA TNIEDI KAMPANJA EDUKATTIVA TA’ 18-IL XAHAR DWAR IL-PENSJONIJIET U L-IRTIRAR

Fit-tgħaqqid flimkien tal-Istrateġija l-ġdida għall-Kapaċità Finanzjarja 2021-2024, minn kampanji li saru bejn l-2017 u l-2020, ħareġ li l-kampanji qosra għandhom jiġu kkomplimentati minn kampanja kbira fit-tul diretta biex tippreżenta u terġa’ tenfasizza l-messaġġ edukattiv dwar aspetti importanti ewlenin relatati mal-edukazzjoni finanzjarja.  Mill-attivitajiet u r-riċerka mwettqa minn ĠEMMA matul dawn l-aħħar erba’ snin, ikompli joħroġ li…

Nifhmu l-Immaniġġjar tal-Flus fl-Istadji differenti tal-Ħajja

L-attitudni tiegħek lejn l-immaniġġjar tal-flus mhijiex l-istess fi stadji differenti ta ‘ ħajtek. Tabilħaqq l-attitudni tiegħek lejn l-immaniġġjar tal-flus tinbidel hekk kif tikber aktar fl-età u tassumi responsabbiltajiet tal-ħajja akbar. L-istadji fil-vjaġġ tal-ħajja tiegħek meta niġu għall-immaniġġjar tal-flus huma bażikament 5. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta kif l-attitudni u l-imġiba tiegħek għall-immaniġġar tal-flus se tinbidel…

KIF TĦALLAS B’LURA L-KONTRIBUZZJONIJIET TAL-PENSJONI TIEGĦEK

Ħlas b’lura – Jekk tieqaf taħdem għal xi perjodu matul il-ħajja tax-xogħol tiegħek u tkompli fi stadju aktar tard, il-pensjoni tal-istat tiegħek tista’ tiġi affettwata. Jekk m’għandekx rekord sħiħ tal-kontribuzzjoni, inti tirriskja li ma tikkwalifikax għall-pensjoni sħiħa ta’ żewġ terzi. Dan ifisser li jkollok id-dħul tal-pensjoni mnaqqas. Jekk int impjegat/a jew taħdem għal rasek, għandek…

Iddetermina meta Għandek Tippjana għall-Irtirar

Aspett importanti li għandek bżonn tqis meta tkun qed tippjana għall-irtirar hu li tiddetermina meta fil-fatt se tirtira. Tixtieq tirtira fid-data statutorja tal-irtirar tiegħek? Tafha d-data statutorja tal-irtirar tiegħek? Jekk ma tafhiex, dawn huma ppreżentati f’ Tabella I hawn taħt. Tabella I – Nifhmu d-Data Statutorja tal-Irtirar EtàEtà Statutorja tal-IrtirarImwieled/a bejn l-1956 u l-195863 senaImwieled/a…

Meta tissepara jew tiddivorzja minn mal-partner jew il-konjuġi

Is-separazzjoni, bħad-divorzju, hija tranżizzjoni enormi li tista’ ġġib magħha ħafna tensjoni. Se ġġiblek tibdil sinifikanti. Fil-każ li inti, sfortunatament, ikollok tgħaddi minn separazzjoni jew divorzju, inti għandek tkun żgur li jkollok ftehim tas-separazzjoni jew divorzju. Il-Ftehim …ftehim bil-miktub li jistabbilixxi formalment kif int u l-eks partner tiegħek qed taqblu li taqsmu l-finanzi, l-investimenti u r-responsabbiltajiet…

Il-vulnerabilitajiet kif tibda tikber fl-età

Għalkemm ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli fir-rigward ta’ Malta, ir-riċerka barra l-pajjiż turi li l-abbuż finanzjarju fuq l-anzjani hija xejra li qed tikber. Apparti l-età tal-vittma, l-abbuż finanzjarju fuq l-anzjani huwa reat li ma jagħmilx distinzjoni lil min jolqot. Fatturi bħall-istatus soċjoekonomiku, il-ġeneru (hux mara jew raġel), l-isfond edukattiv u l-lok ġeografiku ma joffru l-ebda…

IL-KALKULATUR TAL-IMGĦAX KOMPOST

It-tim ĠEMMA aġġorna l-kalkulatur tal-imgħax kompost. Il-prinċipju ta’ interess kompost huwa wieħed mill-prinċipji l-aktar importanti fl-immaniġġjar tal-flus. L-interess kompost u ż-żmien huma l-għodod strateġiċi l-aktar effettivi tiegħek biex takkumula l-ġid. Anki depożiti żgħar fi pjan ta’ tfaddil jew pjan tal-irtirar li ġew mibdija kmieni u investiti fuq medda twila ta’ żmien se jiżdiedu b’mod sinifikanti…

IL-KALKULATURI TAD-DIPARTIMENT TAS-SIGURTÀ SOĊJALI U L-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI TIEGĦI

It-taqsima “Għodda” fuq il-portal ĠEMMA ġiet aġġornata. Fuq din il-paġna issa se ssib dan li ġej:Kalkulaturi Kalkulatur tal-Eliġibilità għall-Pensjoni tal-Irtirar Kalkulatur tal-Benefiċċju tat-Tfal Kalkulatur tal-Benefiċċju ta’ Waqt l-Impjieg Kalkulatur tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji Kalkulatur tal-Benefiċċju tal-Qgħad Kalkulatur tal-Pensjoni tar-Romol Aċċess għall-paġna “Is-Servizzi Tiegħi” – Din tagħtik aċċess għas-servizzi li ġejjin: Moniteraġġ tal-applikazzjoni Dettalji bankarji Dettalji ta’…