Aħsibha darbtejn – it-trażżin tal-istint tax-xiri impulsiv
“Wow … kemm tidher sabiħa”. “Dan skont verament tajjeb”. “Irrid nixtrih/a żgur dan/din”. Ħsibijiet bħal dawn ta’ spiss jgħaddulna minn moħħna. Dawn is-sentimenti huma normali u huma komuni għal ħafna persuni oħrajn. Bħala konsumaturi, ħafna mid-drabi aħna nkunu attirati lejn prodotti ġodda. Il-possibbilta’ li nkunu nistgħu nixtru oġġett għal prezz inqas milli kien stabbilit qabel,…