L-ONOREVOLI MICHAEL FALZON JINAWGURA WIRJA BIX-XOGĦOL TAL-ISTUDENTI FROTT TAL-INIZJATTIVA TA’ ĠEMMA

Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni għall-Kompetizzjoni tal-Posters saret fit-22 ta’ Settembru fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, fil-Kalkara. Il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon faħħar din l-inizjattiva u l-kollaborazzjoni bejn ĠEMMA, il-Fondazzjoni HSBC Malta u d-Direttorat għall-Programmi tat-Tagħlim u l-Assessjar.  Huwa enfasizza wkoll l-importanza li t-tfal jiġu edukati dwar kif iġemmgħu kif ukoll li għandna ninkoraġġixxu l-promozzjoni…

Nifhmu l-fatturi ewlenin li jista’ jkollhom impatt fuq l-irtirar tiegħek: L-Inflazzjoni (1)

F’post reċenti, iddiskutejna kif l-istennija tal-għomor jista’ jkollha impatt fuq l-ippjanar tal-irtirar tiegħek. Hemm fatturi ewlenin oħra li għandhom jitqiesu meta tkun qed tippjana għall-irtirar tiegħek. L-ewwel waħda hija l-inflazzjoni. L-inflazzjoni tirrappreżenta ż-żieda sostnuta ġenerali fil-prezzijiet li tirriżulta mid-domanda għall-oġġetti. Ovvjament, il-prezzijiet ta’ oġġetti magħżula jistgħu jiżdiedu għal raġunijiet mhux relatati mal-inflazzjoni. Eżempju prattiku huwa…