Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni għall-Kompetizzjoni tal-Posters saret fit-22 ta’ Settembru fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, fil-Kalkara. Il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon faħħar din l-inizjattiva u l-kollaborazzjoni bejn ĠEMMA, il-Fondazzjoni HSBC Malta u d-Direttorat għall-Programmi tat-Tagħlim u l-Assessjar. Huwa enfasizza wkoll l-importanza li t-tfal jiġu edukati dwar kif iġemmgħu kif ukoll li għandna ninkoraġġixxu l-promozzjoni tal-kapaċità finanzjarja fuq livell nazzjonali.
Il-premjijiet kienu: l-1 Premju vawċer ta’ €200 kotba, it-2 u t-3 Premju ta’ €150 u €100 f’kotba rispettivament. Kull vawċer ġie ppreżentati mis-Sur David Spiteri Gingell, il-mexxej tat-tim ĠEMMA u l-Onorevoli Michael Falzon.
Peress li l-kompetizzjoni ġibdet tant parteċipanti, id-disinji tagħhom se jkomplu jiġu esibiti fl-Esplora sal-11 ta’ Ottubru 2020. L-esibizzjonijiet tista’ tarahom mis-sit https://gemma.gov.mt/poster-competition-showcase/