Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’:
- l-obbligi ta’ persuna li taħdem għal rasha skont il-liġijiet ta’ Malta;
- l-importanza li tħallas paga lilek innifsek kif ukoll lill-membri tal-familja li jaħdmu miegħek;
- is-separazzjoni immedjatament tal-flus li għandek bżonn tħallas għall-VAT u għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul mill-ammont li titħallas;
- l-importanza li tħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali biex tissalvagwardja l-kwalità tal-ħajja tiegħek matul l-irtirar;
- protezzjoni għalik innifsek meta tkun marid/a.
ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat “Taħdem għal rasek?” li jipprovdi gwida u suġġerimenti lill- persuni li jaħdmu għal rashom dwar il-kapaċità finanzjarja u l-immaniġġjar tal-flus.
Il-Planner tal-Baġit Tiegħi ta’ ĠEMMA
Segwi l-infiq tiegħek billi tuża Il-Planner tal-Baġit Tiegħi ta’ ĠEMMA li huwa faċilment aċċessibbli. Din l-għodda tippermettilek telenka l-ispejjeż tiegħek kontra d-dħul tiegħek biex tilħaq l-għanijiet finanzjarji tiegħek.