L-istennija tal-għomor jista’ jkollha impatt fuq l-ippjanar tal-irtirar tiegħek.
Hemm fatturi ewlenin oħra li għandhom jitqiesu meta tkun qed tippjana għall-irtirar tiegħek.
L-ewwel waħda hija l-inflazzjoni. L-inflazzjoni tirrappreżenta ż-żieda sostnuta ġenerali fil-prezzijiet li tirriżulta mid-domanda għall-oġġetti. Ovvjament, il-prezzijiet ta’ oġġetti magħżula jistgħu jiżdiedu għal raġunijiet mhux relatati mal-inflazzjoni. Eżempju prattiku huwa l-ispiża tal-ħobż Malti. Ħobża, minn €0.16 fl-1992 żdiedet għal €0.99 fl-2020. Id-differenza fil-prezz tal-bejgħ hija ta’ 6.2 darbiet aktar mill-ispiża ta’ ħobża 28 sena ilu. Hekk kif il-prezzijiet jogħlew, il-pagi u s-salarji għandhom ukoll tendenza li jiżdiedu. Madankollu, il-flus imwarrba, jekk ma jiġux investiti, se jżommu l-valur tagħhom maż-żmien iżda mhux se jiżdiedu. Fi kliem ieħor, €100,000 miġmugħa llum sakemm ma jkunux protetti mill-inflazzjoni se jkollhom kapaċità ta’ akkwist aktar baxxa f’10 snin hekk kif l-ispiża tal-prodotti u s-servizzi se tiżdied.
Is-sistema tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali tipproteġi d-dħul tal-pensjoni tiegħek kontra l-inflazzjoni. Għal persuni li twieldu fl-1961 u wara l-protezzjoni hija diretta lejn r-retail inflation – l-allowance tal-għoli tal-ħajja li biha d-Dħul Pensjonabbli Massimu jiġi aġġustat kull sena. Għal persuni li twieldu fl-1962 u wara l-protezzjoni ma tingħatawx biss kontra r-retail inflation iżda wkoll kontra l-inflazzjoni tal-pagi. Din hija miżura importanti introdotta bħala parti mir-riformi tal-2007. Normalment, l-inflazzjoni tal-pagi tiżdied b’rata aktar mgħaġġla mir-retail inflation. Ir-rabta tal-inflazzjoni tal-pagi mad-dħul mill-pensjonijiet tfisser li d-dħul mill-pensjoni se jikber bl-istess rata li l-pagi jikbru – dan huwa indiċi ta’ inflazzjoni tal-pagi ta’ 100%. Dan jiswa ħafna spejjeż biex jiġi introdott f’sistema tal-pensjonijiet. Għalhekk, l-indiċjar tal-inflazzjoni tal-pagi għas-sistema tal-pensjonijiet huwa stabbilit għal 70% – jiġifieri għal kull żieda ta’ €10 fil-paga medja, id-dħul mill-pensjonijiet se jiżdied b’€7. Dan ifisser li maż-żmien, id-differenza bejn id-dħul mill-pensjonijiet u l-paga nazzjonali medja se tkompli tikber iżda b’rata aktar bil-mod.
Meta tfittex għal pensjoni privata personali ara jekk il-prodott li qed tikkunsidra jipprovdix garanzija ta’ “inflazzjoni”. Jiġifieri, minbarra r-rata ta’ ritorn tal-investiment, dan jiżgura li l-investiment tiegħek jiġi aġġustat kull sena biex titqies żieda fl-inflazzjoni. Jekk m’intix ċert jekk il-prodott li qed tikkunsidra joffrix din il-garanzija ta’ inflazzjoni kun żgur li tistaqsi. Jekk ma tipprovdix dan ĠEMMA tissuġġerixxi li tħares madwar dak li joffri s-suq. Ċerti fornituri jistgħu jagħmlu din il-garanzija tal-inflazzjoni disponibbli bi spiża addizzjonali. Aħdem is-somom tiegħek – jista’ jkun utli li tħallas dan il-premium addizzjonali għall-pagament annwali iżda meta tagħmel dan biex tissalvagwardja l-investiment tiegħek kontra r-retail inflation.
Huwa importanti li jekk inti f’pożizzjoni li tagħmel dan, tibda tfaddal għall-irtirar tiegħek f’età bikrija. Huwa importanti wkoll li inti teduka lit-tfal tiegħek sabiex dawn jibdew iġemmgħu għall-irtirar minn kmieni. Innota li jekk iġġemma’ €83 fix-xahar għal 40 sena mill-età ta’ 25 sena, bħala riżultat ta’ rata kumulattiva ta’ mgħax ta’ 2.5%, jagħti lil persuna pakkett ta’ rtirar ta’ €70,000 jew xi ħaġa simili.