ĠEMMA & PREŻENTAZZJONI TA’ 5 VAWĊERS

Illum, ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, ippreżentat 5 vawċers ta’ €100 kull wieħed lil ħames rebbieħa u dan sar fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, is-Sur Mark Musù ppreżenta l-vawċers lir-rebbieħa. Dawn il-vawċers għandhom jissarrfu fil-Park Towers Supermarket, ta’ Santa Venera jew ta’ San Ġiljan. Matul l-istaġun festiv tas-sena l-oħra, permezz…

GĦAL DARBA OĦRA ĠEMMA PREŻENTI FI SKOLASAJF

ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Fondazzjoni HSBC Malta għal darba oħra qed jikkollaboraw fuq programm ta’ kapaċità finanzjarja immirat għat-tfal fil-livell tal-primarja li dan is-sajf qed jattendu Skolasajf. Il-programm huwa bbażat fuq logħob u workshop, intitolat “Fact or Fake” li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa…

IKEL TAJJEB GĦAS-SAĦĦA B’BAĠIT

Fuq baġit strett? Qed tibża’ li biex tiekol ikel tajjeb għas-saħħa se tonfoq aktar minn dak li tiflaħ? Biex iżżomm l-ispejjeż baxxi qed tagħżel li tmur għal ikel ipproċessat jew take aways? L-ewwel riċetta ta’ ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit – Fondant taċ-Ċikkulata ppreparat bir-reqqa mill-kok magħruf Neil Darmanin speċifikament għal ĠEMMA X’tista’ tagħmel biex tiekol…

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Malta pparteċipat għall-ewwel darba fl-istħarriġ tal-OECD INFE dwar il-Litteriżmu Finanzjarju fl-2018, permezz ta’ proġett kofinanzjat mill-FSE. L-istħarriġ sar minn ĠEMMA f’isem l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal, u Solidarjetà Soċjali. Fit-twettiq tar-riċerka ġew mistħarrġa 1,000 parteċipant. Riżultat ta’ dan l-istħarriġ ĠEMMA għandha fil-pussess tagħha minjiera ta’ microdata li hi disponibbli għal finijiet ta’ riċerka…

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mal-General Workers Union, irrappreżentata mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, daħlu f’Memorandum ta’ Ftehim sabiex b’mod konġunt jinvolvu ruħhom ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati sabiex l-inizjattivi edukattivi fuq il-kapaċità finanzjarja jkunu jistgħu gradwalment jilħqu gruppi diversi fil-mira. Iż-żewġ entitajiet jaqblu…

IKEL TAJJEB GĦAS-SAĦĦA B’BAĠIT – NUMRU 2

Illum qed intellgħu t-tieni vidjow tas-serje tagħna ta’ 5 vidjows ta’ kif tista’ tiekol ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit. Ir-riċetta ta’ ĠEMMA b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit ippreżentata llum, li hi mħejjija speċifikament għal ĠEMMA mill-Kok Neil Darmanin, hi dik tal-frittata. X’tista’ tagħmel biex tiekol ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit żgħir? Hawn taħt għandek xi suġġerimenti ġeneriċi li…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TAL-FLUS TIEGĦEK: POST 24

Waħda mill-miżuri għall-immaniġġjar tal-flus li l-Gvern introduċa fil-perjodu tal-COVID-19 kienet dik li tippermetti lil min issellef ikunu eliġibbli biex japplika mal-bank jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tiegħu għal moratorju fuq per eżempju: o self tad-djar o self kummerċjali u tan-negozji o self biex tixtri u tikri o self personali o bullet loans o overdrafts o kambjali (inklużi…

ĠEMMA TISSIEĦEB MAL-FONDAZZJONI eSKILLS MALTA FUQ IL-ĦILIET DIĠITALI, SCAMS U FRODI

Il-mandat ta’ ĠEMMA huwa li ttambar fuq l-irtirar u l-kapaċità finanzjarja – u tiffoka primarjament fuq l-oqsma tal-ħiliet tal-kapaċità finanzjarja li ġejjin: l-ibbaġitjar, it-tfaddil, l-immaniġġjar tad-dejn, l-ippjanar għal dak li mhux mistenni, l-ippjanar għall-futur, il-fehim ta’ qafas bażiku ta’ investiment, u l-fehim tad-drittijiet bażiċi tal-konsumatur. Fattur edukattiv importanti huwa dak li tiżgura li n-nies huma…

RIĊERKA TA’ ĠEMMA: PERSUNI QIEGĦDA

Fl-2019 ĠEMMA għamlet riċerka fuq il-kapaċità finanzjarja kofinanzjata mill-FSE tal-UE diretta lejn 14-il grupp li ġew identifikati permezz ta’ konsultazzjoni meta kienet qed tiġi abbozzata L-Istrateġija tal-Irtirar u l-Kapaċità Finanzjarja (2017-2019). Il-persuni qiegħda huma identifikati bħala grupp vulnerabbli. Din ir-riċerka ġiet ikkummissjonata biex tgħin lil ĠEMMA fit-tfassil ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni ta’ kapaċità finanzjarja għal dan…

IKEL TAJJEB GĦAS-SAĦĦA B’BAĠIT – NUMRU 3

Illum qed intellgħu t-tielet vidjow tas-serje tagħna ta’ 5 vidjows ta’ kif tista’ tiekol ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit. Ir-riċetta ta’ ĠEMMA b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit ippreżentata llum, li hi mħejjija speċifikament għal ĠEMMA mill-Kok Neil Darmanin, hi dik tal-Moussaka. X’tista’ tagħmel biex tiekol ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit żgħir? Hawn taħt għandek xi suġġerimenti ġeneriċi li…