Malta pparteċipat għall-ewwel darba fl-istħarriġ tal-OECD INFE dwar il-Litteriżmu Finanzjarju fl-2018, permezz ta’ proġett kofinanzjat mill-FSE. L-istħarriġ sar minn ĠEMMA f’isem l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal, u Solidarjetà Soċjali. Fit-twettiq tar-riċerka ġew mistħarrġa 1,000 parteċipant. Riżultat ta’ dan l-istħarriġ ĠEMMA għandha fil-pussess tagħha minjiera ta’ microdata li hi disponibbli għal finijiet ta’ riċerka meta ssir talba (gemma@gov.mt).
Ir-rapport ġie ppubblikat f’seminar organizzat minn ĠEMMA f’Novembru 2018 u jista’ jitniżżel minn: https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2019/05/MPU-MFCS-Financial-Literacy-Study-Research-Findings-Report-storm-coverpage.pdf.
Illum l-OECD ħarġet l-Istħarriġ Internazzjonali tal-OECD INFE 2020 dwar il-Litteriżmu Finanzjarju tal-Adulti. Kopja ta’ dan id-dokument ta’ stħarriġ tista’ titniżżel minn gemma.gov.mt. Għall-ewwel darba Malta hija rrappreżentata f’dan l-istħarriġ. Fl-analiżi tal-prestazzjoni ta’ Malta ma’ pajjiżi oħra importanti li wieħed jinnota li l-istħarriġ imwettaq f’Malta ma kienx fuq l-istrument finali tal-istħarriġ iżda fuq strument ta’ stħarriġ avvanzat li għadu abbozz ippreżentat lil ĠEMMA mill-OECD. B’riżultat ta’ dan, l-istħarriġ ta’ Malta staqsa biss 4 mistoqsijiet fuq l-għarfien u 7 fuq l-imġiba, għalhekk b’mod ġenerali, il-punteġġi tal-għarfien u tal-imġiba mhumiex komparabbli. Malta, permezz ta’ ĠEMMA, se tissinkronizza maċ-ċiklu tal-istħarriġ li jmiss tal-OECD.
It-Tabella ta’ hawn taħt tippreżenta numru ta’ sejbiet ewlenin tal-istħarriġ tal-OECD INFE mwettqa minn ĠEMMA fl-2018:
L-Ippjanar u l-Immaniġġjar tal-Finanzi | L-aktar mod popolari tal-Maltin biex iżommu kont tal-finanzi domestiċi tagħhom huwa billi jieħdu nota tal-infiq tagħhom - 46% tal-adulti Maltin |
35% tal-Maltin jippreferu jaqraw dwar prodotti ta’ investiment bil-Malti u 35% oħra jippreferu jaqraw tali dokumentazzjoni bl-Ingliż. | |
Tfaddil Attiv u Xokkijiet Finanzjarji | L-istudju juri li 93% tal-adulti f’Malta huma dawk li jfaddlu b’mod attiv, li jiffrankaw b’modi differenti. 84% tal-adulti f’Malta jġemmgħu f’kont tat-tfaddil/tad-depożitu. |
72% tal-adulti f’Malta huma kapaċi jaffaċċjaw spiża kbira ekwivalenti għad-dħul tagħhom mingħajr ma jkollhom bżonn jissellfu l-flus jew jitolbu lill-membri tal-familja għall-għajnuna. | |
Għanijiet Finanzjarji | 45% tal-adulti f’Malta m’għandhomx pjan ta’ rtirar. |
56% tal-adulti f’Malta hemm ċans li jiddependu għal kollox fuq il-pensjoni tal-gvern fl-età tal-irtirar. | |
15% biss għandhom pensjoni privata. | |
Kopertura tal-ispejjeż | 64% tal-adulti f’Malta ma ltaqgħux ma’ sitwazzjoni fejn id-dħul tagħhom ma kienx ikopri l-ispejjeż tal-għajxien tagħhom f’dawn l-aħħar 12-il xahar. |
Mit-33% li esperjenzaw sitwazzjoni fejn id-dħul ma kienx ikopri l-ispejjeż, 86% użaw riżorsi eżistenti bħat-tnaqqis fl-infiq. |
L-Għażla u l-Użu ta’ Prodotti u Servizzi Finanzjarji | 31% qiesu diversi għażliet minn kumpanija waħda biex jagħżlu l-fond tal-pensjoni tagħhom. 29% ma kkunsidraw l-ebda għażla oħra. |
Attitudnijiet u Mġiba | 62% tal-Maltin iżommu għajnejhom fuq l-affarijiet finanzjarji tagħhom. |
3 minn kull 4 adulti f’Malta m’għandhomx wisq dejn bħalissa, filwaqt li 13% qalu li għandhom. | |
95% tal-adulti f’Malta dejjem/ta’ spiss iħallsu l-kontijiet tagħhom fil-ħin. | |
Madwar 80% tal-adulti f’Malta dejjem/ta’ spiss jikkunsidraw bir-reqqa dwar jekk jistgħux jaffordjaw li jixtru xi ħaġa qabel ma jixtruha. | |
Madwar 95% tal-adulti f’Malta dejjem iħallsu l-kontijiet tagħhom fil-ħin, filwaqt li 1% biss qatt ma jħallsu l-kontijiet tagħhom fil-ħin. | |
Il-Livell ta’ Għarfien Finanzjarju | 44% jqisu l-għarfien ġenerali tagħhom dwar kwistjonijiet finanzjarji bħala medju. |
21% jikkunsidraw lilhom infushom li għandhom livell għoli ħafna/pjuttost għoli ta’ għarfien ġenerali dwar affarijiet finanzjarji. |