Waħda mill-miżuri għall-immaniġġjar tal-flus li l-Gvern introduċa fil-perjodu tal-COVID-19 kienet dik li tippermetti lil min issellef ikunu eliġibbli biex japplika mal-bank jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tiegħu għal moratorju fuq per eżempju:
o self tad-djar
o self kummerċjali u tan-negozji
o self biex tixtri u tikri
o self personali
o bullet loans
o overdrafts
o kambjali (inklużi dawk approvati bħala pour aval)
o ċedoli
o garanziji
o indennizzi
o aċċettazzjonijiet
Meta dan tħabbar għall-ewwel darba, dawk li ssellfu ngħataw moratorju bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2020. Il-Gvern ħabbar li jekk min issellef jista’ juri li s-sitwazzjoni tiegħu mhux se titjieb fil-perjodu oriġinali ta’ sitt xhur, jista’ japplika sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2020 għal estensjoni ta’ perjodu addizzjonali ta’ sitt xhur – li għandu jibda mill-jum wara t-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ moratorju.