Illum qed intellgħu t-tieni vidjow tas-serje tagħna ta’ 5 vidjows ta’ kif tista’ tiekol ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit. Ir-riċetta ta’ ĠEMMA b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit ippreżentata llum, li hi mħejjija speċifikament għal ĠEMMA mill-Kok Neil Darmanin, hi dik tal-frittata.
X’tista’ tagħmel biex tiekol ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit żgħir? Hawn taħt għandek xi suġġerimenti ġeneriċi li jekk tixtieq tista’ ssegwi:
- Ippjana l-ikliet tiegħek; agħmel lista tal-merċa u ixtri bil-għaqal.
- Fittex offerti speċjali.
- Ixtri ikel tajjeb u ta’ valur bħal (tiġieġ sħaħ) frott, u ħxejjex tal-istaġun u fl-abbundanza, eċċ. Bħala alternattiva wieħed jista’ juża frott u ħxejjex iffriżati peress li huma wkoll fihom in-nutrijenti u jservu ħafna.
- Ixtri ħut żejtni fil-laned bħal sardin, tonn u salamun li huma għoljin fix-xaħmijiet omega 3, 6, 9.
- Ftakar biex ma taqbiżx il-kolazzjon – sors importanti ta’ enerġija li tiġi minn għażla varjata taċ-ċereali li huma relattivament ta’ valur għall-flus li tonfoq u li fihom il-vitamini B u l-ħadid.
- Uża mill-ġdid l-ikel li jkun fadal, mhux tarmih fl-iskart; użu simili se jkun muri f’xi wħud mir-riċetti li se jkollna li se jkunu aċċessibbli fil-ġimgħat li ġejjin.
- Bi ftit kreattività tista’ tipprepara ikliet tajbin għas-saħħa b’ingredjenti maħżuna d-dar.
Fil-ġimgħat li ġejjin, kull nhar ta’ Ħamis se ntellgħu riċetta b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit, li hija speċifikament ippreparata għal ĠEMMA mill-Kok Neil Darmanin. Ir-riċetti ta’ ĠEMMA b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit huma:
Moussaka | Il-Ħamis 9 ta’ Lulju |
Pulpetti | Il-Ħamis 16 ta’ Lulju |
Gnocchi | Il-Ħamis 23 ta’ Lulju |