Ir-riċerka barra minn pajjiżna hija ċara: l-immaniġġjar tal-flus hu wieħed mill-fatturi ewlenin li ż-żgħażagħ jitqabdu magħhom. Fost l-adolexxenti, l-ibbaġitjar kien ta’ tħassib, u t-tagħlim dwar kif wieħed jista’ jġemma’ u kif jibbaġittja kienu fost l-akbar prijoritajiet tagħhom.
Għaliex dan huwa hekk? Parzjalment minħabba li l-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja ma tiġix mgħallma fl-iskejjel. U, parzjalment dan in-nuqqas ta’ tagħrif lil adolexxenti fuq affarijiet ta’ flus jirriżulta mill-fatt li ħafna ġenituri ma jgħallmux lit-tfal adolexxenti tagħhom dwar il-flus.
U r-riċerka hija ċara wkoll dwar ħaġa oħra: iż-żgħażagħ li jitgħallmu dwar l-immaniġġjar tal-flus mill-ġenituri tagħhom kif ukoll mill-approċċ tal-familja għall-immaniġġjar tal-flus, x’aktarx li jġorru dawk il-ħiliet tal-flus għall-ħajja. L-irwol tal-ġenituri vis-à-vis l-immaniġġjar tal-flus huwa, għalhekk, kritiku peress li jistabbilixxi l-punt ta’ riferiment li t-tfal tagħhom x’aktarx isegwu (u dan jinkludi wkoll eżempji ħżiena li jingħataw).
Allura x’jistgħu jagħmlu l-ġenituri biex jgħallmu lit-tfal fl-adolexxenza tagħhom dwar il-flus? Dawn huma xi passi rakkomandati minn Capital One u IND Direct.
- Ħeġġeġ lit-tfal tiegħek biex jiksbu impjieg
Kemm jekk dan huwa xogħol fil-vaganzi jew xogħol ta’ kuljum imwettaq wara l-iskola, ix-xogħol jgħallem lit-tfal il-valur tal-flus – dawn ma jiġux mix-xejn, u trid tbati biex taqla’ l-flus. It-tfal għandhom jiġu mħeġġa jġemmgħu parti mill-flus billi jistabbilixxu għan finanzjarju li għandhom jaħdmu għalih, u jużaw il-bqija kif jixtiequ, għalkemm dan irid ikun ikkumplimentat b’imbuttaturi mill-ġenituri biex huma jibbilanċjaw l-infiq bejn il-ħtiġijiet u x-xewqat.
- Dawwar ix-xiri f’lezzjonijiet tal-flus
Ħeġġeġ lit-tfal tiegħek biex jingħaqdu miegħek fil-mawra tiegħek lejn is-supermarket jew il-grocer. Huwa mod prattiku kif jiġu spjegati l-infiq u t-tfaddil. Agħmel logħba li ssib l-aktar prodott affordabbli u tiżgura li dan il-vjaġġ ta’ nfiq ikun fil-baġit.
- Ipprattika dak li tippriedka
Jekk tagħmel ir-regoli tal-immaniġġjar tal-flus u mbagħad inti taġixxi b’mod ieħor tkun qed tagħti eżempju ħażin bl-imġiba tiegħek u dan hu l-aktar probabbli li jħalli impatt fuq l-attitudni tal-immaniġġjar tal-flus tat-tfal.
- Inżommuha sempliċi
L-immaniġġjar tal-flus mhuwiex l-eħfef suġġett. Jista’ jkun fih termini tqal u jista’ faċilment jinbidel f’lekċer tal-ekonomija. Uża r-regoli prattiċi biex tfiehem u tmexxi lejn is-sew l-imġiba tat-tfal tiegħek. Assoċja l-pariti tiegħek ma’ affarijiet li t-tfal tiegħek jistgħu jassoċjaw ruħhom magħhom biex b’hekk il-pariri finanzjarji li tagħti jħallu effett akbar.
- Kun miftuħ dwar il-baġit tal-familja
Kun miftuħ mat-tfal tiegħek – inkludihom fid-diskussjonijiet tal-familja dwar il-baġit tal-familja u l-pjanijiet ta’ nfiq; dak li huwa affordabbli u x’mhuwiex u għaliex. Billi tieħu l-ħin biex tiddiskuti dawn l-affarijiet b’mod miftuħ u onest, it-tfal tiegħek se jkunu ippreparati aħjar biex jimmaniġġja l-finanzi tagħhom fil-futur.
- Il-pocket money trid taħdem għalih
Tagħtix il-pocket money ta’ kull ġimgħa lit-tfal tiegħek mingħajr kundizzjonijiet. Jekk jirċievu l-flus “b’xejn” x’aktarx li jdgħajjef il-lezzjoni importanti li trid tbati biex taqla’ l-flus. Jekk torbot il-pocket money ma’ xogħol fid-dar, ikun xi jkun, jagħti l-fehma lit-tfal tiegħek li l-flus ma jiġux mix-xejn fil-ħajja u li trid tbati biex taqlagħhom.
- Għallem dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-kards ta’ kreditu
Il-kards ta’ kreditu joffru benefiċċji kbar lil dawk li huma maturi biex jimmaniġġjawhom – bil-maqlub jista’ jkollhom impatt negattiv kbir fuq il-flus jekk jintużaw ħażin. Li tħalli lit-tfal tiegħek jifhmu x’jikkostitwixxi użu tajjeb tal-kards qabel ma jiksbu aċċess għalihom, u kontinwament l-infurzar mill-ġdid tal-messaġġ, se jiswielhom tajjeb fil-ħajja – b’mod partikolari matul dawk il-perjodi fil-ħajja fejn il-flus kontanti jixxuttaw u kard ta’ kreditu tippreżenta mod “faċli” kif takkwistahom.
Dan il-post hu bbażata fuq dan l-artikolu: Teens Money Problems Result From Lack of Teaching – businessnewsdaily.com