
Is-separazzjoni, bħad-divorzju, hija tranżizzjoni enormi li tista’ ġġib magħha ħafna tensjoni. Se ġġiblek tibdil sinifikanti.
Fil-każ li inti, sfortunatament, ikollok tgħaddi minn separazzjoni jew divorzju, inti għandek tkun żgur li jkollok ftehim tas-separazzjoni jew divorzju.
…ftehim bil-miktub li jistabbilixxi formalment kif int u l-eks partner tiegħek qed taqblu li taqsmu l-finanzi, l-investimenti u r-responsabbiltajiet relatati mal-familja li kontu tgawdu kollettivament meta kontu għadkom flimkien.
Waqt it-tfassil ta’ ftehim separat kun żgur li tinkludi l-fatturi li ġejjin, kif xieraq:


arranġamenti għall-għajxien;
kif se taqsmu l-proprjetà;
kif se taqsmu l-finanzi u l-investimenti tagħkom;
kif se taqsmu d-djun;
jekk hux ser jitħallas il-manteniment tal-konjuġi;
il-kustodja tat-tfal;
l-aċċess għat-tfal;
pagamenti għall-manteniment tat-tfal;
kif se taqsmu kwalunkwe pjanijiet tal-pensjoni personali jew okkupazzjonali;
kif se tinqasam il-pensjoni kontributorja tas-sigurtà soċjali.


X’inhuma l-perikli finanzjarji kbar jekk inti tissepara jew tiddivorzja?

Id-divorzju jew is-separazzjoni tiegħek jistgħu joħolqu problemi finanzjarji. Ħafna nies isibuha diffiċli biex iħallsu l-kontijiet tagħhom, flimkien mat-tariffi legali, matul dan iż-żmien. Pereżempju:
o jista’ jkun li kont tgħix b’żewġ sorsi ta’ dħul, iżda issa sibt ruħek waħdek;
o jista’ jkun li l-flus qegħdin investiti f’dar, fi proprjetà, jew f’xi negozju, u biex tieħu sehmek jirrikjedi ż-żmien;
o id-divorzju tiegħek jista’ jkun ikkumplikat u sakemm int u l-eks partner tiegħek tilħqu ftehim ser tkun nieqes mill-flus.
Irrispettivament minn x’jiġri, kun żgur li ma taqax f’waħda minn dawn it-tliet nases komuni:
Anke jekk kellek bżonn tissellef il-flus, huwa importanti li tħallas il-kontijiet. Jekk ma tagħmilx dan, ikollok tħallas l-interessi xorta waħda.
Jekk tgħaġġel u ma jkollokx pjan, tista’ tagħmel żbalji kbar bil-flus li tirċievi wara d-divorzju. Qabel tonfoq, huwa importanti li tiddeċiedi għalxiex ser ikollok bżonn il-flus fil-futur.
filwaqt li jekk taġixxi malajr wisq jista’ jkun żball, l-istess jista’ jiġri jekk tieħu wisq fit-tul biex tirranġa l-finanzi tiegħek. Jekk ma tagħmel xejn, dawn jistgħu jkunu xi wħud mill-perikli:
- Jekk għandek il-flus biex tinvestihom u minflok tħallihom f’kont bankarju, inti tista’ titlef opportunitajiet biex tkabbar flusek. Tista’ saħansitra titlef il-flus.
- Jekk int u l-eks partner għad għandkom kontijiet u karti ta’ kreditu konġunti, xi ħadd minnkom jista’ jonfoq il-flus jew jidħol fid-dejn, għalhekk kun ċert li dawn jingħalqu malajr.
- Jekk ser iddum biex tagħmel it-tibdil meħtieġ, bħal pereżempju li tnaqqas l-ispejjeż jew li ssib impjieg ġdid, inti tista’ tkun qed tonfoq flus li ser tiġi bżonn fil-futur.
- Jekk qed tippjana li titlob manteniment mingħand il-partner, tkun trid tagħmel dan fi żmien sentejn mis-separazzjoni. Jekk inti tistenna żżejjed, il-qorti tista’ tiċħad it-talba tiegħek.
- Jekk ma taġġornax il-pjanijiet tal-wirt u tal-assigurazzjoni tiegħek, inti tista’ toħloq problemi kbar għal uliedek jew għal membri oħrajn tal-familja.