Li tmur lura l-Iskola huwa eżerċizzju mimli ppjanar u preparazzjoni li jgħin biex titnaqqas kwalunkwe ansjetà li tista’ tiġi kkawżata. B’mod speċjali fi żminijiet inċerti bħal dawn, l-ippjanar xieraq jgħin biex jipprijoritizza u jevita kwalunkwe sorpriża. Fil-25 ta’ Awwissu, 6 membri f’panel iddiskutew l-opinjonijiet, taw pariri utli u qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar kif jimmaniġġjaw dan ix-xenarju.
Il-Kummissarju għat-Tfal, is-Sinjura Pauline Miceli, identifikat li l-isfidi li jindirizzaw fi ħdan il-Kummissjoni huma differenti u huma l-aktar relatati mal-ġenituri, speċjalment dawk li jgħaddu minn każijiet ta’ separazzjoni, li għandhom dħul limitat jew li mhumiex qed jirċievu l-manteniment ta’ wliedhom, u b’hekk jagħmluha aktar diffiċli għalihom li jixtru oġġetti meħtieġa għall-iskola.

Hija żiedet tgħid ukoll li ċ-ċirkostanzi attwali qed iħeġġuna nħarsu lejn missirijietna li kienu jgħallmuna dwar l-importanza li nġemmgħu u nippjanaw. Din il-familjarizzazzjoni kienet parti mill-edukazzjoni tagħna waqt li konna nikbru sal-bidu tad-disgħinijiet fejn rajna l-bidla għall-karti ta’ kreditu u daħlet kultura ixtri issa u ħallas aktar tard.
Ian Mifsud, Direttur – Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika ddeskriva dak li qed isir biex jiggwida, jappoġġja u jnaqqas l-inċertezza fost il-kapijiet tal-iskejjel tal-knisja, iżda mbagħad hu f’idejn l-iskejjel biex jibnu relazzjonijiet diretti mal-ġenituri. Huwa l-irwol ta’ dawk li jmexxu l-iskejjel li jappoġġjaw lill-ġenituri fl-ippjanar tagħhom u jnaqqsu l-inċertezza. Paul Debono, Prinċipal ta’ Kulleġġ (San Benedittu) semma li biex il-ġenituri jippjanaw il-baġit tagħhom, ikollhom bżonn ċerta informazzjoni bħal-listi ta’ kotba tal-iskola u uniformijiet u għalhekk dawn għandhom jiġu mgħoddija aktar kmieni biex il-ġenituri jkunu jistgħu jitħejjew maż-żmien. Hu essenzjali li l-kapijiet tal-iskejjel jisimgħu l-ħtiġijiet tal-ġenituri u jaħdmu flimkien.
Hemm ukoll diversi modi oħra li wieħed jista’ jieħu biex inaqqas l-ispejjeż fosthom permezz tat-tagħlim u l-ippjanar flimkien mat-tfal tiegħek dwar diversi affarijiet bħal: re-cycling versus up-cycling. Suzanne Piscopo, Professur Assoċjat għas-Saħħa, l-Edukazzjoni Fiżika u l-Istudji tal-Konsumatur, stqarret li billi “nestendu l-ħajja ta’ prodott qed ninkoraġixxu bil-mod li nagħmlu użu mill-ġdid tal-prodotti – Għandha tkun attività kollettiva” bejn il-ġenituri u t-tfal.
L-istħarriġ fuq FB ta’ ĠEMMA identifika li żewġ terzi tan-nies ma jħejjux baġit iżda jixtru mingħajr ippjanar filwaqt li l-voxpop ta’ ĠEMMA identifika aktar l-importanza tal-ippjanar u fejn intefaq il-biċċa l-kbira tal-baġit. L-inklużjoni tat-tfal fil-proċess tal-ippjanar u l-ibbaġitjar hija essenzjali u hija proċess edukattiv li għandu jibda minn meta t-tfal ikunu żgħar.
It-tfal involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu magħhom direttament jgħinu biex jamministraw l-aspettattiva tagħhom. Li nagħmlu għażliet tajbin u nsibu bilanċ huwa essenzjali u jippermettilna niddeċiedu dwar dak li nixtiequ nagħmlu f’ħajjitna. L-investiment fil-ħin ma’ wliedna u l-familja tagħna huwa investiment ekonomiku ddikjara Paul Debono, il-Prinċipju tal-Kulleġġ San Benedittu.
Il-konsum eċċessiv qed ikollu impatt enormi fuq il-ħajja tagħna ta’ kuljum. Il-kultura tagħna u l-mod kif nivvalutaw l-esperjenza tagħna u r-rieda u l-ħtiġijiet ta’ wliedna għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid. Li ngħallmu bl-eżempju tagħna, bħalma għamlu l-ġenituri tagħna, huwa messaġġ ċar lil uliedna. L-attitudni tagħna lejn il-flus tirrifletti dwar kif qed ngħixu u nġemmgħu għal għada.
Xi suġġerimenti ewlenin identifikati kienu:
- it-tħejjija lura għall-iskola għandha tkun attività divertenti
- it-tfal għandhom ikunu parti mill-proċess tax-xiri u konxji tal-ispejjeż
- il-listi tal-iskola jeħtieġ li jkunu prattiċi u bbażati fuq il-ħtiġijiet u mhux “x’inhu sabiħ li jkolli”
- il-benesseri m’għandux għalfejn ikun eżerċizzju materjalistiku
- l-iskema 9 u kif din tista’ tappoġġja lill-ġenituri f’sitwazzjonijiet finanzjarji ħżiena
- l-użu mill-ġdid ta’ oġġetti matul is-snin, ix-xiri ta’ kotba second hand jew it-tpartit jista’ jgħin inaqqas l-ispiża.
Il-preżentazzjoni tal-baġit tagħhom u l-kalkulatur tal-baġit li jista’ jitniżżel jagħti ħarsa utli lejn dak li qed tonfoq u dak li qed tfaddal. Żomm mal-baġit – u mmaniġġjah! Qatta’ ħin tipprepara baġit realistiku li jkun fih għanijiet definiti sew li jistgħu jintlaħqu.
Il-webinar tmexxa mis-Sur Mario Cassar minn ĠEMMA u l-parteċipanti kienu Pauline Micelli – Il-Kummissarju għat-Tfal, Ian Mifsud, Direttur – Segretarjat tal-Edukazzjoni Kattolika, Paul Debono, Prinċipal tal-Kulleġġ San Benedittu, Suzanne Piscopo – Professur Assoċjat – Saħħa, Edukazzjoni Fiżika u Studji tal-Konsumatur fl-Università ta’ Malta. Alexia Cutajar u Silvan Mifsud żewġ ġenituri.