ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Sibt ruħek bla xogħol u għandek loan?”, dirett lejn persuni qiegħda.
Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’ kif:
- Iżżomm rekord tal-ispejjeż ta’ kuljum tiegħek.
- Tiddistingwi bejn x’tixtieq u l-bżonnijiet, u l-prijoritizzazzjoni tal-ispejjeż tiegħek.
- Iżżomm il-bieb miftuħ għal kwalunkwe opportunitajiet ta’ impjieg.
- Tkellem lill-bank tiegħek jekk għandek self fid-dar.
- Tifhem l-għanijiet finanzjarji tiegħek.
- Tuża ż-żmien biex tikseb aktar edukazzjoni u tagħlim tul il-ħajja.
- Tkun taf il-benefiċċji soċjali li wieħed jista’ jkun eliġibbli għalihom.
- Tkun taf il-benefiċċji tal-akkomodazzjoni soċjali li wieħed jista’ jkun eliġibbli għalihom.