Li taħdem għal rasek definittivament għandha l-vantaġġi tagħha – l-ewwel nett, int imgħallem tiegħek stess. Iva int ukoll jista’ jkollok tiffaċċja sfidi ta’ immaniġġjar tal-flus. Hawn huma xi suġġerimenti prattiċi li tista’ tkun tixtieq tikkunsidra:
- Ibda ġemma’ kmieni u tidħol fid-drawwa li tiffranka b’mod konsistenti maż-żmien. Bħala persuna li taħdem għal rasha se jkun hemm żminijiet fejn ikollok dħul irregolari. Ikkunsidra dan li ġej:
– Ġemma’ aktar matul snin bi dħul tajjeb u inqas matul snin bi qligħ batut.
– Evita li tiġbed, jekk tista’ tiġbed, mit-tfaddil tiegħek – b’mod partikolari t-tfaddil għall-irtirar – matul is-snin bi qligħ batut.
– Jekk għandek sena bi qligħ straordinarju warrab porzjon tad-dħul mhux mistenni għall-irtirar.
- Ħares lejn l-iskema tat-Tfaddil għall-Pensjoni Personali introdotta mill-Gvern. Int intitolat għal kreditu ta’ taxxa ta’ 25% fuq il-kontribuzzjonijiet – sa massimu ta’ €2,000 fis-sena. Jekk tinvesti l-kontribuzzjonijiet massimi fil-pensjoni tiegħek inti tikseb kreditu ta’ taxxa ta’ €500.
- Oħloq pjan finanzjarju għalik innifsek u għan-negozju tiegħek li jinkludi Pjan B. Strateġija żviluppata sew għandha tindirizza l-ħtiġijiet attwali u futuri tad-dħul, it-tfaddil u l-investiment fin-negozju. Għandu jinkludi wkoll l-ittestjar tax-xenarji u l-ippjanar ta’ kontinġenza f’każ li jseħħ avveniment li jipprevjeni li tkun tista’ tkompli taħdem qabel l-irtirar ippjanat tiegħek. Huwa importanti wkoll li int tkun realistiku dwar id-dħul futur u l-ħtiġijiet ta’ nfiq u tirrevedi l-pjanijiet tan-negozju u tal-irtirar regolarment.
- Wara li kont fin-negozju għal ftit xhur jew sena, għandek idea aħjar dwar x’inhuma l-ispejjeż rikorrenti tiegħek. Xi wħud minn dawn l-ammonti ta’ pagament ma jinbidlux. Il-VAT titħallas fuq il-bejgħ tiegħek, u t-taxxa fuq id-dħul fuq il-profitti tiegħek. Minflok ma tistressja ruħek biex tkopri dawn l-ispejjeż, iftaħ kont tat-tfaddil bil-għan li tiddepożita l-flus tiegħek biex tkopri dawn l-ispejjeż tan-negozju. Żomm f’moħħok li l-VAT ta’ 18% li tiċċarġja meta tipprovdi servizz mhijiex tiegħek. Tonfoqhiex. Immedjatament malli tirċievi l-flus neħħi t-18% u poġġihom f’dan il-kont. Jekk tonfoqhom tista’ ssib ruħek f’pożizzjoni fejn ma tistax tħallas il-VAT meta tasal biex tagħmel dan.
- Aħseb dwar il-futur u l-irtirar tiegħek. Ħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ 15%. Din il-kontribuzzjoni mhijiex taxxa. Huwa dak li tħallas biex ikollok kopertura tal-assigurazzjoni – leave tal-mard, bonusijiet annwali tal-gvern, pensjoni tal-invalidità, pensjoni għal martek jew sieħeb tiegħek jekk tmut qabel kif ukoll matul l-irtirar.
- Tista’ taħseb li huwa aħjar li tevita l-ispejjeż ta’ accountant għax studjajt l-accounts u tista’ tagħmel dan inti stess. ĠEMMA tirrakkomanda bil-qawwa li inti tagħmilx dan. Il-liġijiet jinbidlu u qatt ma tkun taf biżżejjed dwar l-aħħar pożizzjoni tal-VAT jew il-liġijiet dwar it-taxxa fuq l-introjtu. Huwa faċli ħafna li tinqabad – u l-interess fuq kwalunkwe żball finanzjarju li tagħmel huma sinifikanti biżżejjed biex ikunu tal-biża’. Żomm f’moħħok, l-accountant tiegħek x’aktarx li jkun aktar konxju tal-opportunitajiet ta’ immaniġġjar tat-taxxa u għalhekk jgħinek timmaniġġja l-finanzi tiegħek aktar effiċjenti fit-taxxa.