Il-Gvern ħabbar, permezz ta’ LN 2 tal-2021, li l-limitu massimu tal-kontribuzzjoni li fuqu jitħallas il-kreditu ta’ taxxa ta’ 25% żdied minn €2,000 għal €3,000.
Dan ifisser li l-kreditu massimu ta’ taxxa li tista’ tirċievi żdied minn €500 għal €750.
ĠEMMA tissuġġerixxi li jekk ma investejtx fi Skema ta’ Rtirar Personali inti tikkunsidra serjament li tagħmel dan.