Fit-3 ta’ Novembru ĠEMMA kellha webinar dwar fatturi ewlenin li wieħed għandu jkun konxju fir-rigward tas-sistema kontributorja tas-sigurtà soċjali. Jekk tlift il-webinar u tixtieq tarah ikklikkja hawn.
Tlift il-Webinar … Tixtieq tkun taf xi ntqal?
Ikklikkja hawn biex tniżżel il-preżentazzjoni mogħtija mis-Sinjura Pace, Assistent Prinċipal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-maniġer tal-portal gemma.gov.mt.
Is-Sinjura Pace, Assistent Prinċipal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-maniġer tal-portal gemma.gov.mt, tat preżentazzjoni dwar il-fatturi prinċipali relatati mas-sistema kontributorja tas-sigurtà soċjali.
Fost il-fatturi ewlenin li tressqu mis-Sinjura Pace u li ġew diskussi fil-webinar kien hemm dawn li ġejjin:
- Kemm jekk int impjegat jew persuna li taħdem għal rasha, jekk int taħdem, trid tħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.
- Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li tħallas tiddependi fuq meta twelidt. Jekk twelidt bejn l-1952 u l-1961 il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mħallsa huwa sa massimu ta’ €19,017 u jekk twelidt fl-1962 u wara, il-massimu li fuqu tħallas il-kontribuzzjoni soċjali huwa ta’ €24,986.
- Jekk int impjegat, il-kontribuzzjoni li tħallas hija ta’ 10% u tiġi kkalkulata fuq il-paga grossa li qlajt. Min-naħa l-oħra, jekk int taħdem għal rasek il-kontribuzzjoni li tħallas hija ta’ 15% u tiġi kkalkulata fuq id-dħul miksub.
- Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni ġenerali, is-sistemi kontributorji tas-sigurtà soċjali ma tinkludix biss il-pensjoni tal-irtirar. Fil-fatt hija “assigurazzjoni” u sal-1987 kienet magħrufa bħala s-Sistema tal-Assigurazzjoni Nazzjonali. Bħala assigurazzjoni hija tipprovdilek pensjoni tal-invalidità jekk tweġġa’, pensjoni tar-romol jekk il-konjuġi t/jmut qabel l-irtirar, pensjoni tas-superstiti jekk il-konjuġi t/jmut wara l-irtirar, u benefiċċji għal żmien qasir bħas-sickleave, il-benefiċċji tal-qgħad, u l-bonusijiet annwali.
- Is-sistema kontributorja tas-sigurtà soċjali għall-part-timers, l-eċċezzjonijiet huma dawk li jaħdmu barra mill-pajjiż, u dawk li jieħdu skemi ta’ rtirar kmieni, (magħrufa wkoll bħala skemi volontarji tal-irtirar), u l-krediti. Il-krediti huma kontribuzzjonijiet imħallsa mill-gvern meta persuni jieħdu l-ħin tal-impjieg għal affarijiet li jitqiesu li huma ta’ interess nazzjonali – bħal krediti għat-trobbija tat-tfal.
- Primarjament fost il-persuni li jaħdmu għal rashom, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jitqiesu bħala taxxa u għalhekk huma jiddikjaraw dħul anqas minn dak miksub sabiex ikunu jistgħu jħallsu kontribuzzjoni aktar baxxa – u ma jirrealizzawx li dan ifisser pensjoni aktar baxxa meta jirtiraw.
- Persuna li tkun qed taħdem u tkun bejn l-etajiet ta’ 16 u 65 sena għandha tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lill-gvern.
- Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali kienet tradizzjonalment magħrufa bħala “il-bolla” u kienet tkun rappreżentata b’timbru ttimbrat fil-ktieb tax-xogħol ta’ persuna li juri n-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa. Illum il-ġurnata, il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali hija mqassra bl-Ingliż għal SSC (Social Securing Contribution / Kontribuzzjoni ta’ Sigurtà Soċjali) jew NI (National Insurance / Assigurazzjoni Nazzjonali). Dawk li jaħdmu inqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa, mhumiex ikkunsidrati għal impjieg assigurat għall-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali u huma eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.
- Kull perjodu kontributorju annwali li għandu jitqies bħala sena sħiħa huwa jew ta’ 52 jew ta’ 53 ġimgħa soċjali skont in-numru ta’ Tnejnijiet matul is-sena.
- Kemm il-persuni impjegati kif ukoll dawk li jaħdmu għal rashom jistgħu jħallsu kontribuzzjoni mhux imħallsa sabiex ikollhom storja kontributorja sħiħa. Dan jiddependi mill-età ta’ persuna: 35 sena jekk twieldu bejn l-1952 u l-1961; 40 sena jekk twieldu bejn l-1962 u l-1968; u 41 sena jekk twieldu fl-1969 u wara.
- Eżenzjonijiet mill-kontribuzzjonijiet huma applikabbli għal impjegati li jaħdmu inqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa u li l-qligħ annwali tagħhom ma jaqbiżx 910 ewro.
Is-Sur Josman Delmar, mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, spjega t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mingħand min iħaddem. Huwa ffoka fuq l-importanza tal-FS3 u tenna l-ħtieġa li l-FS3 kollha jinżammu mill-impjegati. L-għan tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li l-impjegati jirċievu l-FS3 tagħhom mingħand min iħaddimhom. Madankollu, jekk min iħaddem jittraskura li jħallas is-sigurtà soċjali tal-impjegati, il-Kummissjoni tkun sfurzata tieħu azzjonijiet speċifiċi bħal penali finanzjarji u azzjoni legali kontra min iħaddem.
Is-Sinjura Matilde Balzan Cordina, ipparteċipat fil-webinar billi qasmet l-esperjenza ta’ ħajjitha u l-fehmiet dwar l-importanza li tħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali. Is-Sinjura Balzan Cordina ħadmet bħala għalliema qabel l-irtirar u kompliet taħdem part-time wara. Hija tkellmet dwar il-benefiċċji li jkollok pensjoni kif ukoll il-benefiċċji soċjali l-oħra li hija intitolata għalihom. Il-perspettivi u d-diffikultajiet tagħha fetħu l-mistoqsijiet għall-udjenza.