Fil-post tat-Tlieta li għadda, ĠEMMA rreferiet għall-importanza li jiġu ssuġġeriti r-regoli prattiċi li jimbuttaw u jiggwidaw lill-persuni biex jieħdu d-deċiżjonijiet finanzjarji biex jimmaniġġjaw il-flus. Qasam importanti fejn ir-regoli prattiċi jaħdmu u jaġixxu bħala gwida utli u affidabbli, hu meta joffru kors ta’ azzjoni aħjar lill-persuni, meta jiġu biex jiġbdu mill-fond tal-irtirar tagħhom.
Il-post tal-lum jesplora r-Regola tas-6%. Din ir-regola hija ttestjata għall-każ ġenerali li ġej: il-persuna hi irtirata; din tibda taċċessa t-tfaddil mill-fond tal-flus tagħha fl-etajiet ta’ 65, 70 u 75 sena; ikollha investiment ibbilanċjat jew konservattiv; u l-fond tal-pensjoni hu stmat li hu ta’ €55,000.
Ir-Regola tas-6%
Din taħdem kif ġej:
- Kull sena, inti tieħu 6% tal-valur tal-bidu tal-fond tal-pensjoni tiegħek.
- Dan jagħtik dħul annwali ta’ €3,300 f’termini nominali, li jfisser li d-dħul jonqos kull sena f’termini reali.
- Inti tirċievi l-istess ammont nominali kull sena – iżda t-tul ta’ żmien li tirċievih ivarja skont ir-redditi attwali tal-investiment li tirċievi.
- Din ir-regola prattika hi adattata għalik jekk trid ammont regolari (li tkun taf kemm hu) ta’ dħul kull sena, bi dħul reali ogħla fil-bidu tal-irtirar tiegħek iżda jista’ jkun hemm bidla raġonevolment tant li l-fond tiegħek jispiċċa qabel ma tmut.
Vantaġġi u Żvantaġġi tar-Regola tas-6%
L-aktar adattati għal | Il-vantaġġi | L-iżvantaġġi | Wirt |
Jekk inti tixtieq aktar dħul fil-bidu tal-irtirar tiegħek, tonfoq aktar fil-bidu, u mhux ikkonċernati bil-wirt. | Sempliċi ħafna. | Id-dħul mhux se jiżdied bl-inflazzjoni. | Wirt medju baxx jekk il-il-ġbid tal-flus jibda fl-età ta’ 65 sena; akbar jekk jibda f’età aktar tard. |
Din ir-regola prattika ġiet ittestjata. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat ukoll.
- Id-dħul muri huwa aġġustat għall-inflazzjoni. Din hija r-raġuni għaliex dan (jagħti dħul fiss ta’ €3,300 fis-sena) jidher li qed jonqos maż-żmien – minħabba li t-€3,300 fis-sena se jixtru inqas maż-żmien minħabba l-inflazzjoni.
- Peress li r-redditi fuq l-investiment fil-futur huma inċerti, id-dħul li tirċievi huwa inċert. Id-dħul skur huwa dħul li kważi ċertament se tirċevih (probabbiltà ta’ mill-inqas 95% li tirċevih), il-kulur medju huwa dħul addizzjonali li probabbilment tirċievi (mill-inqas probabbiltà ta’ 50% li tirċevih) u l-kulur ħafif huwa l-anqas dħul li tista’ tirċievi (probabbiltà ta’ inqas minn 50% li tirċevih).
- Il-pie-charts ħodor juru l-probabbiltà li tgħix mill-età ta’ 65 sena sal-età murija, li jippermettu esperjenza tipika ta’ mortalità ta’ New Zealand. Din titqabbel mal-istennija tal-għomor ta’ Malta skont: https://www.worldometers.info/demographics/malta-demographics/.
Malta | New Zealand | ||
Maskili | Femminili | Maskili | Femminili |
81.4 | 84.7 | 81.2 | 84.7 |