Fis-7 ta’ Novembru ĠEMMA kellha webinar dwar fatturi ewlenin li wieħed għandu jkun konxju fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flus tad-djar.
Il-bord kien magħmul minn Josef Bugeja – is-Segretarju Ġenerali tal-GWU; Abigail Mamo – is-CEO tal-Kamra tal-SMEs; Frans Camilleri – Ekonomista; u David Spiteri Gingell – il-Mexxej tat-Tim ĠEMMA.
Is-Sur Ramon ta preżentazzjoni dwar is-sejbiet ewlenin mill-istħarriġ.
Fost il-fatturi ewlenin li tressqu mis-Sur Ramon Muscat u diskussi fil-webinar hemm dawn li ġejjin:
- Il-Maltin u l-Għawdxin iħossu li huma qegħdin fil-kontroll tas-sitwazzjoni finanzjarja attwali tagħhom, b’84% jwieġbu fl-affermattiv. Ma ġew osservati l-ebda varjanti distinti meta ġiet analizzata d-data skont is-sess u l-età. Dawn iċ-ċifri huma konformi ma’ studji preċedenti.
- Dawk li wieġbu, għandhom it-tendenza li jippjanaw in-nefqiet ta’ kull xahar billi jagħmlu l-baġits (41% dejjem u 30% xi kultant). Min-naħa l-oħra, 29% tal-popolazzjoni ma jippjanawx l-infiq ta’ kull xahar. Din iċ-ċifra li tirrappreżenta żieda marġinali minn studju preċedenti (24% f’Settembru) għalkemm f’konformità mal-indikazzjonijiet preċedenti (31% f’April u 30% f’Mejju).
- 62% ta’ dawk li wieġbu indikaw li kellhom fondi għal aktar minn 3 xhur. Din iċ-ċifra tirrappreżenta żieda konsiderevoli fuq studji preċedenti – u tista’ timplika li l-pandemija instigat lill-individwi biex jonfqu inqas u jġemmgħu aktar (47% f’April, 44% f’Mejju u 36% f’Settembru).
- 56% tal-popolazzjoni ma taħsibx li issa huwa l-mument it-tajjeb għan-nies biex jagħmlu xi xiri kbir bħall-għamara, apparat elettroniku, eċċ. Din iċ-ċifra hija konformi maċ-ċifri ta’ Settembru, u turi li n-nies għadhom marġinalment aktar kawti milli kienu f’Mejju (dak iż-żmien 50%), għalkemm xorta inqas mir-riżultati ta’ April (68%).
- 57% ta’ dawk li wieġbu indikaw li kienu kapaċi jġemmgħu matul l-aħħar tliet xhur; żieda ta’ 8% fuq ir-riżultati ta’ Settembru.
- 52% tal-popolazzjoni għandha t-tendenza li tinkwieta dwar il-futur finanzjarju tagħhom (b’20% jindikaw li jinkwetaw ħafna). Ma ġew osservati l-ebda varjanti notevoli meta saret analiżi tat-tweġibiet fl-istudji preċedenti.
- 63% ta’ dawk li għandhom 25 sena – 54 sena jinkwetaw. Barra minn hekk, fl-istudji kollha, dawk li kellhom 65 sena jew aktar kienu l-inqas inkwetanti.
- 21% ta’ dawk li wieġbu għandhom pjan tal-pensjoni tal-irtirar lil hinn minn dak ipprovdut mill-gvern. Din iċ-ċifra ma tirrappreżenta l-ebda varjant sinifikanti minn studji preċedenti.
- F’konformità mal-istudju preċedenti, il-maġġoranza l-kbira ta’ dawk mingħajr pjan ma indikaw l-ebda probabbiltà li jibdew pjan tal-pensjoni matul it-tliet xhur li ġejjin.
- B’mod ġenerali, 50% ta’ dawk li wieġbu jqisu lilhom infushom li għandhom għarfien dwar kwistjonijiet ta’ flus (10% “għandhom ħafna għarfien” u 40% “għandhom kemxejn għarfien”. Din iċ-ċifra hija konformi mar-riżultati ta’ Settembru.