Huwa importanti li tinnota li trid tkun ħallast limitu minimu ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għalik biex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali.
L-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li trid tħallas jiddependi mid-data tat-twelid tiegħek. Dawn huma ppreżentati fit-tabella t’hawn taħt.
Id-data tat-twelid | Biex tikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali |
1952 - 1961 | Trid tħallas 10 snin sħaħ ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Sena sħiħa ta’ pagamenti kontributorji hija ekwivalenti għal 52 ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa. |
1962 - 1968 | Irid ikollok 12-il sena ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – li minnhom minimu ta’ 10 snin iridu jitħallsu kollha u sentejn jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet ikkreditati. |
Fl-1969 u wara | Irid ikollok 12-il sena u 16-il ġimgħa ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – li minnhom minimu ta’ 10 snin iridu jkun tħallsu sħaħ u sentejn u 16-il ġimgħa jistgħu jkunu kontribuzzjonijiet ikkreditati. |