Iddetermina meta Għandek Tippjana għall-Irtirar

Aspett importanti li għandek bżonn tqis meta tkun qed tippjana għall-irtirar hu li tiddetermina meta fil-fatt se tirtira. Tixtieq tirtira fid-data statutorja tal-irtirar tiegħek? Tafha d-data statutorja tal-irtirar tiegħek? Jekk ma tafhiex, dawn huma ppreżentati f’ Tabella I hawn taħt. Tabella I – Nifhmu d-Data Statutorja tal-Irtirar EtàEtà Statutorja tal-IrtirarImwieled/a bejn l-1956 u l-195863 senaImwieled/a…

Kampanja ta’ Għarfien dwar il-Kapaċità Finanzjarja għal Persuni Qiegħda

ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Sibt ruħek bla xogħol u għandek loan?”, dirett lejn persuni qiegħda. Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti…

Għaliex huwa importanti li tippjana għall-irtirar tiegħek? – It-tielet Parti

Is-sistema tal-pensjonijiet tal-Gvern ġiet introdotta fl-1979. Din tfasslet b’mod li d-dħul mill-pensjoni li persuna tirċievi maż-żmien tkun ta’ żewġ terzi tal-paga grossa tal-ogħla salarju tas-servizz pubbliku li fl-1979 kien ekwivalenti  għal €13,980. L-għan kien li r-relazzjoni taż-żewġ terzi bejn id-dħul tal-pensjoni u l-ogħla salarju tas-servizz pubbliku dejjem tinżamm. Dan ma seħħx. Fil-fatt, bejn l-1979 u…

Għaliex huwa importanti li tippjana għall-irtirar tiegħek?

Huwa kruċjali li wieħed jifhem kif taħdem il-kontribuzzjoni ta’ 10% tas-sigurtà soċjali li tħallas kull xahar bħala impjegat. Fehim ħażin ta’ kif jaħdem dan jista’ jaffettwa t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħek għall-irtirar b’mod negattiv. Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ 10% titħallas fuq il-paga grossa medja biss. Dan ifisser li ma tħallas l-ebda kontribuzzjoni fuq xi fringe benefits jew…

Il-Manwal ta’ ĠEMMA għal Persuni bi Dħul Baxx

ĠEMMA qed tmexxi kampanja edukattiva dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti minn din il-kampanja ĠEMMA nediet manwal intitolat “Kif tieħu ħsieb flusek jekk id-dħul tal-familja huwa baxx” li huwa dirett lejn persuni fi impjieg bi dħul baxx. Il-manwal huwa miktub…

Kampanja Edukattiva għal Persuni Li Jaħdmu ma’ Negozju tal-Familja

L-posters jesponu l-messaġġ ewlieni tal-kampanja.  Aħna, it-tim ta’ ĠEMMA nħeġġuk biex tipprintja kwalunkwe wieħed minn dawn il-posters u tiċċirkolahom lin-nies li taf – bħal tal-laħam, tal-istationery, tal-merċa, etċ. Dan jirriżulta mill-fatt li persuni li huma impjegati f’negozju tal-familja jirċievu paga baxxa.  Xi drabi, jekk is-sieħeb/a j/tkun qed j/taħdem ukoll man-negozju tal-familja hemm każijiet fejn ma…

Taħdem għal rasek

L-ewwel u qabel kollox, biex tkun taf aktar dwar id-differenza bejn dawk li huma self-employed jew  self-occupied, jekk jogħġbok ikklikkja hawn. Bħala persuna li taħdem għal rasek jista’ jkollok sodisfazzjonijiet finanzjarji u ta’ stil ta’ ħajja (flimkien ma’ dik personali). Ladarba, meta tkun qed tmexxi n-negozju tiegħek stess, ma għandekx paga jew salarju fiss għandek…

L-ewwel xogħol tiegħek

Li tibda fl-ewwel xogħol tiegħek huwa wieħed mill-iktar żminijiet eċitanti tal-ħajja. Filwaqt li tkun qed tgawdi l-libertà tal-indipendenza finanzjarja, huwa kruċjali li tiżviluppa ħiliet kif timmaniġġja flusek biex iżommuk fuq linja finanzjarja soda. Rati tat-taxxa għas-sena bażi 2020. https://cfr.gov.mt/en/rates/Pages/TaxRates/Tax-Rates-2020.aspx Kalkulaturi Jien obbligat inħallas it-taxxa? L-FS 3 u l-formula tat-Taxxa Skont id-dħul tiegħek u skont l-għażla…

SE TISTUDJA BARRA L-PAJJIŻ? IL-PARIRI TA’ ĠEMMA DWAR L-IMMANIĠĠJAR TAL-FLUS BIEX TISTUDJA BARRA L-PAJJIŻ

Int iddeċidejt li tmur barra l-pajjiż biex tkompli l-istudji tiegħek jew li tagħmel  internship meħtieġ għalik biex tiggradwa. Tissottovalutax l-isfidi tal-flus meta tistudja barra l-pajjiż – b’mod partikolari jekk din hija l-ewwel darba li tkun qed tgħix barra minn pajjiżek għal żmien estiż.  L-istudju barra l-pajjiż ipoġġi pressjoni fuqek – li tissetilja f’kultura soċjali u…

IL-KALKULATUR TAL-IMGĦAX KOMPOST

It-tim ĠEMMA aġġorna l-kalkulatur tal-imgħax kompost. Il-prinċipju ta’ interess kompost huwa wieħed mill-prinċipji l-aktar importanti fl-immaniġġjar tal-flus. L-interess kompost u ż-żmien huma l-għodod strateġiċi l-aktar effettivi tiegħek biex takkumula l-ġid. Anki depożiti żgħar fi pjan ta’ tfaddil jew pjan tal-irtirar li ġew mibdija kmieni u investiti fuq medda twila ta’ żmien se jiżdiedu b’mod sinifikanti…