Int iddeċidejt li tmur barra l-pajjiż biex tkompli l-istudji tiegħek jew li tagħmel internship meħtieġ għalik biex tiggradwa.
Tissottovalutax l-isfidi tal-flus meta tistudja barra l-pajjiż – b’mod partikolari jekk din hija l-ewwel darba li tkun qed tgħix barra minn pajjiżek għal żmien estiż. L-istudju barra l-pajjiż ipoġġi pressjoni fuqek – li tissetilja f’kultura soċjali u edukattiva ġdida, is-solitudni, hekk kif titlaq in-network soċjali tiegħek u jkollok bżonn tibda mill-ġdid f’pajjiż ġdid, biża’ jekk hux se tirnexxi fl-istudji tiegħek, l-istress tal-eżamijiet u l-assenjamenti li trid tlesti u tgħaddi minnhom, li tħalli warajk it-tfajla tiegħek, tesperjenza ljieli kesħin, mudlama u ftit li xejn xemx b’kuntrast għal dak li mdorri bih fil-baħar blu Mediterranju u s-sema blu.
L-aħħar ħaġa li tixtieq hi li taffaċċja problemi ta’ flus.
ĠEMMA tippreżentalek numru ta’ pariri fuq il-flus biex issegwihom ħalli jgħinuk timmaniġġja l-isfidi uniċi tal-immaniġġjar tal-flus fi żmien meta jkollok bżonn tidra wkoll biex tgħix waħdek.
- Tkellem mal-ġenituri tiegħek
- Ifhem il-ħtieġa finanzjarja
- Ifhem is-self lill-istudenti
- Kun af l-għażliet li għandek biex tħallas lura s-self
- Agħmel differenza bejn il-bżonnijiet u x’tixtieq
- Ibda bl-affarijiet bażiċi
- Onfoq flusek bil-għaqal
- Waqqaf il-ħela ta’ flus
- Ħallas il-kera, il-kontijiet u spejjeż oħra fissi fil-ħin
- IIlimita l-spejjeż tat-trasport
- Poġġi l-flus tiegħek il-bank
- Agħżel il-karta tal-kreditu tiegħek b’attenzjoni
- Uża d-debitu / kreditu tiegħek b’mod responsabbli
- Ikseb l-għajnuna jekk inti għandek l-inkwiet bid-dejn
- Irreżisti l-pressjoni ta’ sħabek
- Organizza ruħek
- Agħżel l-akkomodazzjoni bi ħsieb
- Agħmel il-karriera tiegħek l-għan ewlieni.