NIŻŻEL L-ISTĦARRIĠ TAL-POLZ TA’ ĠEMMA DWAR L-IMMANIĠĠJAR TAL-FLUS FID-DJAR F’APRIL U MEJJU 2020
ĠEMMA, il-pjattaforma edukattiva tal-kapaċità finanzjarja tal-gvern, qed twettaq studju lonġitudinali dwar l-immaniġġjar tal-flus fid-djar fil-kuntest tas-sitwazzjoni COVID-19. Qed jitnieda l-ewwel rapport li jistħarreġ l-opinjoni f’Marzu u April 2020. L-istħarriġ twettaq mill-EMCS. L-istħarriġ sab li:
- 83% f’Mejju (82% f’April) tal-pubbliku ġenerali jħoss li huwa fil-kontroll tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu.
- Dawk li wieġbu li għandhom fondi ta’ emerġenza għal aktar minn 3 xhur waqgħu minn 47% f’April għal 44% f’Mejju; filwaqt li dawk b’fond ta’ bejn xahrejn u tliet xhur żdiedu minn 13% għal 18%.
- Dawk li wieġbu li ħassew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tjiebet matul l-aħħar xahar naqsu minn 12% għal 9% bejn April u Mejju, u dawk li ħassew li baqgħet l-istess żdiedu minn 53% għal 59%.
- 19% f’Mejju ħassew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se titjieb fit-tliet xhur li ġejjin meta mqabbla ma’ 11% f’April.
- Dawk li wieġbu li ħassew li “issa” mhuwiex il-waqt it-tajjeb għal xiri ta’ affarijiet maġġuri żdied minn 16% għal 35% bejn April u Mejju.
- 50% ta’ dawk li wieġbu f’Mejju stqarrew li ma setgħux iġemmgħu matul l-aħħar tliet xhur – qabel 46% f’April
- 55% ta’ dawk li wieġbu kemm f’April kif ukoll f’Mejju esprimew li huma inkwetati dwar il-futur finanzjarju tagħhom.
- 26% ta’ dawk li wieġbu f’Mejju li għandhom pjan għall-pensjoni se jikkunsidraw li jżidu l-fond tal-irtirar tagħhom fit-tliet xhur li ġejjin meta mqabbla ma’ April.
- In-numru ta’ persuni li esprimew li għandhom aktar għarfien fuq l-affarijiet ta’ flus żdied minn 26% għal 42% bejn April u Mejju.
L-istħarriġ juri li b’mod ġenerali hemm bidla għall-pożittiv fl-immaniġġjar tal-flus fid-dar bejn April u Mejju. Dan joħroġ bil-qawwa minn tweġibiet relatati ma’ xiri ta’ affarijiet maġġuri u ppjanar tal-pensjonijiet – żieda fir-rieda relatata max-xiri maġġuri aktar milli jġemmgħu għall-impatt fit-tul tal-COVID-19 u li jippjanaw għall-irtirar aktar milli jipposponu l-fondi biex jindirizzaw l-impatt fuq il-flus li jirriżultaw mill-COVID-19 fl-immedjat. Madankollu, in-numru ta’ dawk li wieġbu li stqarrew li rnexxielhom jġemmgħu matul l-aħħar tliet xhur żdied minn 46% f’April għal 50% f’Mejju.
F’ċerti affarijiet jidher li hemm ukoll ritorn għall-imġiba ta’ qabel il-COVID-I9. B’mod aktar ottimist f’Mejju kien hemm tnaqqis marġinali fil-ħtieġa li jkun hemm fond għal meta jinqalgħu l-problemi, li waqa’ minn 42% għal 40%; kontra t-tisħiħ fir-riżervi tal-finanzi tad-dar sabiex ikunu ppreparati aħjar għal kriżi futura fl-immaniġġjar tal-flus.