L-Immaniġġjar tal-Flus u l-Irkupru Ekonomiku
Il-Gvern nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju ħabbar għadd ta’ miżuri relatati mal-immaniġġjar tal-flus li għandek tkun konxju tagħhom. Dawn huma:
- Jekk in-negozju tiegħek jopera fl-akkomodazzjoni turistika, l-aġenziji tal-ivvjaġġar, l-iskejjel tal-lingwi, l-organizzazzjoni tal-avvenimenti, u t-trasport bl-ajru, se tkompli tirċievi s-suppliment tal-pagi ta’ kull xahar ta’ €800 għal kull impjegat sal-aħħar ta’ Settembru.
- Jekk in-negozju tiegħek jopera f’setturi oħra tirċievi suppliment tal-paga fix-xahar għal kull impjegat ta’ €600.
- Mit-Tnejn 15 ta’ Ġunju l-prezz tal-fjuwil se jitnaqqas b’7c għal kull litru: il-petrol issa se jinxtara għal €1.34 u d-diżil għal €1.21.
- Għax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru l-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jitnaqqsu b’50% għal massimu ta’ €1,500.
- Jekk in-negozju tiegħek huwa elenkat taħt l-Anness A jew l-Anness B għal kull xahar ta’ Lulju, Awwissu u Settembru se tirċievi għotja ta’ €2,500 għall-ispejjeż tal-kiri tiegħek.
- Il-miżuri introdotti aktar kmieni din is-sena fuq it-taxxi huma estiżi sal-aħħar ta’ Awwissu, u l-ħlas tagħhom huwa differit sal-aħħar ta’ Mejju 2021 fejn il-ħlas jista’ jsir bin-nifs, mingħajr ħlas ta’ mgħax.
- Il-ħlas tat-Taxxa Proviżorja, il-VAT u l-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, huwa estiż sal-aħħar ta’ Ġunju – u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, it-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet tal-maternità għandhom jitħallsu mill-1 ta’ Lulju 2020.
- Il-ħlas ta’ liċenzji lid-Dipartiment tal-Kummerċ u lill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, inkluż dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ hawkers, ironmongers, gwidi tat-turisti, ristoranti, u lukandi huma temporanjament irrinunzjati.
- 30% tal-krediti ta’ taxxa taħt l-iskema MicroInvest immexxija mill-Malta Enterprise se jinqalbu f’għotjiet fi flus kontanti – fejn jekk in-negozju tiegħek jinsab f’Malta tirċievi €2,000 u jekk f’Għawdex €2,500.
- Malta Enterprise se tipprovdilek inċentiv ta’ massimu ta’ €5,000 biex tippermettilek terġa’ timmudella n-negozju tiegħek.
- Malta Enterprise se tinvesti €5m biex tissapportja taħriġ organizzat internament biex jitrawmu l-ħiliet.
- Jekk in-negozju tiegħek jipparteċipa f’fiera internazzjonali organizzata mill-Bank tal-Iżvilupp jew mill-Malta Enterprise se tirċievi rifużjoni ta’ 80%.
- Ġie introdott baġit ta’ €5 miljun biex jgħin lin-negozji jirreklamaw prodotti Maltin kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.
- Id-dazju tal-bolla fuq proprjetà li tiswa €400,000 u inqas se jitnaqqas minn 5% għal 1.5% fuq kuntratti li huma ffirmati bejn id-9 ta’ Ġunju 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021.
- Id-dazju tal-bolla għall-proprjetà mibjugħa bejn l-1 ta’ Ġunju 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021 se jitnaqqas minn 8% għal 5%.
- Jekk in-negozju tiegħek hu fis-settur tal-anzjani, il-Gvern waqqaf fond ta’ €2m; u fond ta’ €3m jekk matul il-perjodu COVID-19 il-kontijiet tiegħek żdiedu bħala riżultat tal-impjegati tiegħek li jirrisjedu fuq il-post.