Biex tkun finanzjarjament b’saħħtek huwa importanti ħafna li żżomm id-djun tiegħek fil-livell li tista’ taffordja. Il-ħajja, sfortunatament, mhijiex linja dritta. Se jkun hemm mumenti meta l-finanzi tiegħek ikunu qed ibatu – u trid tiżgura li meta dan iseħħ tkun tista’ timmaniġġja d-djun tiegħek.
Biex tkun taf uża Il-Kalkulatur tal-Affordabbiltà tad-Dejn Tiegħi ta’ ĠEMMA.


Il-livell tekniku tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn huwa magħruf bħala l-“proporzjon tad-dejn għad-dħul”. Biex tiddetermina l-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn għandek telenka d-dħul disponibbli kollu tiegħek (jiġifieri dħul wara li tnaqqas it-taxxa fuq id-dħul u l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali) u d-djun kollha tiegħek. Eżempji jidhru fit-tabella hawn taħt:
Dħul Disponibbli | Ħlas ta’ Dejn Pendenti |
Paga / Salarju | Self għad-dar |
Allowance | Self għall-karozza |
Overtime | Self personali |
Performance bonus | Karta ta’ kreditu |
Fringe benefit | Xiri bin-nifs |
Dawn li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn:
- Spejjeż tal-għajxien, bħall-kontijiet tal-merċa tiegħek.
- Kontijiet bħal tad-dawl u l-ilma.
- Kontijiet tas-servizz ta’ kull xahar, bħall-mowbajl, il-pakkett tat-TV u l-internet tiegħek.
JEKK IL-LIVELL TA’ AFFORDABBILTÀ TAD-DEJN TIEGĦEK HUWA:
21% sa 35% | Inti espost |
36% jew aktar | Inti fl-inkwiet |
Jekk il-livell tiegħek ta’ affordabbiltà tad-dejn huwa 36% jew ogħla ħu l-passi li ġejjin:
- Evita li żżid aktar dejn.
- Kun żgur li l-ewwel tħallas id-dejn fuq l-elementi essenzjali tiegħek – id-dejn fuq id-dar – l-ewwel.
- Wara dan żgura li tħallas id-dejn bl-ogħla rata ta’ mgħax u Rata Perċentwali Annwali (APR).
- Ara jekk tistax iżżid id-dħul tiegħek sabiex tkun tista’ tħallas aktar mid-dejn tiegħek.