L-Immaniġġjar tal-Flus u l-Irkupru Ekonomiku
Il-Gvern nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju ħabbar għadd ta’ miżuri relatati mal-immaniġġjar tal-flus li għandek tkun konxju tagħhom. Dawn huma:
- Jekk taħdem fl-akkomodazzjoni turistika, fl-aġenziji tal-ivvjaġġar, fl-iskejjel tal-lingwi, fl-organizzazzjoni tal-avvenimenti, u fit-trasport bl-ajru, is-suppliment tal-pagi ta’ kull xahar ta’ €800 se jinżamm sal-aħħar ta’ Settembru.
- Jekk taħdem f’setturi oħra, is-suppliment tal-paga ta’ kull xahar issa huwa stabbilit għal €600.
- Mit-Tnejn 15 ta’ Ġunju l-prezz tal-fjuwil se jitnaqqas b’7c għal kull litru: il-petrol issa se jinxtara għal €1.34 u d-diżil għal €1.21.
- Jekk għandek 16-il sena jew aktar, se tirċievi 5 vawċers ta’ €20 kull wieħed, li minnhom €80 huma għall-infiq f’bars u ristoranti, u l-€20 li jifdal għall-infiq fil-ħwienet (is-supermarkets esklużi).
- Il-Gvern se jibgħat ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa għall-persuni kollha li ħadmu matul l-2018 – stmati li jammontaw għal medja ta’ €328 għaż-żewġ konjuġi (miżżewġin) li jaħdmu.
- Id-dazju tal-bolla fuq proprjetà li tiswa €400,000 u inqas se jitnaqqas minn 5% għal 1.5% fuq kuntratti li huma ffirmati bejn id-9 ta’ Ġunju 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021.
- Id-dazju tal-bolla għall-proprjetà mibjugħa bejn l-1 ta’ Ġunju 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021 se jitnaqqas minn 8% għal 5%.
- L-iskema eżistenti tal-First Time Buyers hija għal persuni li ma bbenefikawx mill-iskema mill-2013, u mid-9 ta’ Ġunju 2020 hija estiża għal persuni li diġà għandhom proprjetà.
- Jekk kellek tipposponi t-tieġ tiegħek matul l-aħħar xhur int intitolat għal rifużjoni ta’ €2,000.
- Il-benefiċċju ta’ waqt l-impjieg se jiġi estiż sabiex il-familji jirċievu ħlas ta’ €250 kull wieħed; in-numru ta’ familji li huma eliġibbli jiġi estiż, u s-somma rċevuta għal kull wild tiżdied.