ĠEMMA qed tmexxi kampanja edukattiva dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni.
Bħala parti minn din il-kampanja ĠEMMA nediet manwal intitolat “Kif tieħu ħsieb flusek jekk id-dħul tal-familja huwa baxx” li huwa dirett lejn persuni fi impjieg bi dħul baxx.
Il-manwal huwa miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti dwar:
- Iż-żamma ta’ bilanċ bejn id-dħul u l-infiq;
- Iż-żamma ta’ lista ta’ nfieq tiegħek u l-moniteraġġ b’mod partikolari ta’ elementi prijoritarji.
- Il-qligħ ta’ aktar dħul.
- Il-benefiċċji soċjali li wieħed jista’ jkun eliġibbli għalihom.
- Il-benefiċċji tad-diżabilità li wieħed jista’ jkun eliġibbli għalihom.
- Il-benefiċċji tal-akkomodazzjoni soċjali li wieħed jista’ jkun eliġibbli għalihom.
- Għajnuna legali.
Il-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi huwa għodda ta’ appoġġ użata flimkien ma’ dan il-manwal.