IL-GWIDA TA’ ĠEMMA LI JISPJEGA F’TERMINI SEMPLIĊI L-PJANIJIET TAL-PENSJONI PRIVATA

Il-politika tal-Gvern hija li jinkoraġġixxi t-tfaddil fi prodotti simili ta’ pjanijiet tal-pensjoni privati – jew fuq livell individwali jew fuq bażi ta’ min iħaddem. Il-pensjoni tal-istat hija mfassla biex tipprovdi lil persuna bi dħul adegwat mill-pensjoni biex jipprovdi dinjità fl-irtirar. Il-pensjoni tal-istat, madankollu, mhijiex imfassla biex tipprovdi dħul mill-pensjoni li jipprovdi rata ta’ sostituzzjoni li…