Il-politika tal-Gvern hija li jinkoraġġixxi t-tfaddil fi prodotti simili ta’ pjanijiet tal-pensjoni privati – jew fuq livell individwali jew fuq bażi ta’ min iħaddem. Il-pensjoni tal-istat hija mfassla biex tipprovdi lil persuna bi dħul adegwat mill-pensjoni biex jipprovdi dinjità fl-irtirar.
Il-pensjoni tal-istat, madankollu, mhijiex imfassla biex tipprovdi dħul mill-pensjoni li jipprovdi rata ta’ sostituzzjoni li tkun qrib il-paga bażika grossa jew id-dħul li tkun tgawdi waqt li tkun f’impjieg. Dan jgħodd b’mod partikolari għall-persuni li l-paga jew id-dħul tagħhom jaqbeż il-Limitu Massimu tad-Dħul Pensjonabbli li fuqu titħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ individwu. Dan jista’ jidher mill-eżempju ppreżentat fit-tabella t’hawn taħt.

ĠEMMA tenfasizza l-importanza li l-pensjoni tal-istat tiġi kkomplementata bi dħul ulterjuri biex tingħata spinta lid-dħul disponibbli matul l-irtirar. L-investiment fi pjan ta’ pensjoni volontarju huwa deċiżjoni li ĠEMMA tirrakkomanda bil-kbir.
ĠEMMA tirrikonoxxi, madankollu, li l-pjanijiet volontarji tal-pensjoni privata għadhom ġodda għal Malta u l-qafas u t-terminoloġija ta’ dawn il-pjanijiet mhumiex familjari mal-biċċa l-kbira tal-persuni.
ĠEMMA tenfasizza li deċiżjoni finanzjarja għandha tkun waħda infurmata – u waħda li taqbel maċ-ċiklu finanzjarju u / jew tal-ħajja personali tiegħek. Dan il-gwida li jispjega f’termini sempliċi l-pjanijiet tal-pensjoni privata huwa mfassal biex jgħinek issir kemxejn aktar familjari mat-termini tekniċi tal-pjanijiet tal-pensjoni volontarji. L-għan ta’ dan il-gwida huwa li jassisti persuna li trid tinvesti fi pjan volontarju ta’ pensjoni privata biex tinvolvi ruħha f’diskussjoni infurmata ma’ fornitur tal-pjanijiet tal-pensjoni.
Dan il-gwida jfittex li jħalli barra l-lingwaġġ tekniku użat mill-fornituri tal-pjanijiet tal-pensjoni u jfittex li jispjegahom b’mod simplifikat. ĠEMMA tirrikonoxxi li f’ċerti każijiet dan mhux dejjem kien possibbli li jinkiseb. ĠEMMA tistieden lill-persuni u lill-fornituri tal-pjan tal-pensjonijiet biex jippreżentaw suġġerimenti dwar kif dan il-gwida jista’ jiġi ssimplifikat aktar. Suġġerimenti bħal dawn għandhom ġentilment jintbagħtu għall-attenzjoni tat-tim ta’ ĠEMMA f’ [email protected].
ĠEMMA tirringrazzja lill-APS Bank talli għenu fil-produzzjoni ta’ dan il-gwida.