Dan l-aħħar Malta rat sensiela ta’ scams – fosthom phishing, frodi fuq dating u namur u frodi tan-negozji bl-email. Il-gazzetti rrappurtaw li negozju wieħed tilef kważi €90,000 riżultat ta’ frodi tan-negozji bl-email, u ħafna nies ġew iffrodati ‘l fuq minn €100,000 mill-iscam tal-phishing tal-MaltaPost.
Is-sajf li għadda, ĠEMMA u l-Fondazzjoni eSkills Malta ffirmaw sħubija strateġika biex ixerrdu l-għarfien dwar il-kapaċità finanzjarja diġitali. Li tevita li tispiċċa vittma ta’ frodi u scams hija kapaċità finanzjarja waħda.
Sal-lum iż-żewġ entitajiet ħarġu b’mod konġunt erba’ kotba elettroniċi dwar l-iscams u l-frodi (https://gemma.gov.mt/ebook-download-page/) kif ukoll infografika (https://gemma.gov.mt/resources/infographics/) b’suġġerimenti dwar kif in-nies jipproteġu lilhom nfushom kontra aktar minn 30 tip differenti ta’ scams u frodi. Kemm ĠEMMA kif ukoll il-Fondazzjoni eSkills Malta qed ixerrduhom permezz tal-kanali tal-midja soċjali rispettivi tagħhom.
Din hija l-ewwel minn sensiela ta’ tliet artikli dwar l-iscams u l-frodi biex in-nies isiru aktar konxji ta’ x’inhuma l-iscams u l-frodi; biex jgħaddu l-miżuri bażiċi iżda importanti ta’ protezzjoni li wieħed għandu jieħu, u dwar x’għandhom jagħmlu fil-każ li jiġu scammed.
Il-biċċa l-kbira tal-iscams isegwu l-istess mudell – ifhem dan il-mudell u se jkun aktar faċli għalik biex tinduna bihom. Dan hu l-mod kif taħdem scam tipika:
L-iscammer ser javviċinak b’gidba mirquma li tidher qisha storja veritiera. Hu jimmira l-emozzjonijiet u l-imġiba tiegħek. Eżempji komuni huma l-opportunità li tagħmel il-flus, issib sieħeb/sieħba jew li tgħin lil xi ħadd fil-bżonn.
L-iscammer invarjabbilment se jippersonifikaw lilhom infushom bħala persuna ta’ awtorità u juża branding familjari. L-iscammer se juża l-midja soċjali, it-telefonati jew l-SMS.
L-għodod tal-scammer huma mfassla biex in-nies ibaxxu d-difiżi tagħhom, jibnu l-fiduċja fl-istorja u jaġixxu malajr jew b’mod irrazzjonali u jipproċedu għall-istadju finali – jibagħtu l-flus jew jipprovdu informazzjoni personali. L-iscammer jipprova joħloq sens ta’ urġenza, u juża tattiċi tal-bejgħ bi pressjoni għolja bħall-opportunità ta’ offerta limitata, li l-prezzijiet se jogħlew, jew li s-suq se jinbidel, u l-opportunità tintilef.
Se jkollhom ukoll il-karatteristiċi kollha ta’ negozju reali billi jużaw fuljetti jleqqu b’lingwaġġ tekniku tal-industrija msaħħaħ b’ritratti ta’ uffiċċju, ċentri telefoniċi u websites professjonali.
Billi jużaw dettalji personali huma jagħmlu l-iscams jidhru leġittimi.
Huma se jużaw dokumenti ffalsifikati u li jidhru uffiċjali – dokumenti li jidhru li għandhom l-approvazzjoni tal-gvern jew li jkunu mimlija b’lingwaġġ legali li jistgħu jagħtu lill-iscam sens ta’ awtorità.
Fil-punt ta’ kuntatt huma jippruvaw jitolbu l-flus. L-iscammers se jkollhom il-metodu preferut tagħhom ta’ trasferiment ta’ flus. Uħud mill-metodi jistgħu jkunu wire transfer, karta ta’ kreditu/debitu, trasferiment bankarju, cryptocurrencies bħal Bitcoin.
Fora pubbliċi ta’ kull xahar fuq scams u frodi
ĠEMMA ffirmat sħubija strateġika mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-21 ta’ Ġunju. ĠEMMA u l-Fondazzjoni eSkills Malta qed jaħdmu mal-assoċjazzjoni biex jorganizzaw b’mod konġunt fora pubbliċi ta’ kull xahar fil-komunitajiet lokali minn Ottubru dwar l-iscams u l-frodi.