Bħala parti mid-diversi inizjattivi tagħha, ĠEMMA, fi ħdan il-Ministeru għas- Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, bdiet għax-xahar ta’ Lulju, kampanja mifruxa ta’ reklamar fuq il-kartun tal-ħalib BENNA. Permezz ta’ din il-kampanja ta’ reklamar ĠEMMA qed timmira li tippenetra l-maġġoranza tal-familji Maltin u b’hekk toħloq kuxjenza dwar l-importanza tal-immaniġġjar tal-flus u t-tfaddil għall-futur.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-website tagħna: gemma.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook ta’ ĠEMMA.