Ir-restrizzjonijiet tal-COVID-I9 qed jiġu rilaxxati. Imsakkra d-dar, ħafna persuni kellhom ipoġġu n-namur tagħhom għall-ġenb! In-namur bl-internet ilu preżenti mit-twelid tal-internet. X’aktarx it-tlaqqigħ ta’ persuni fuq l-internet, u b’apps oħra tad-dating, żdied ħafna matul iż-żmien tal-lock down.
Madankollu – kemm int ċert/a li l-persuna li inti qed tinnamra magħha online hi ġenwina? Jew hi scam? L-iscammers jafu li meta jibdew jiġu rilaxxati r-regoli stretti tal-COVID, in-nies ikunu jridu jiltaqgħu personalment. Il-persuna ħbieb miegħek fuq l-internet tista’ tkun qed titolbok tibgħatilha l-flus biex tixtri biljett tal-ajru jew xi ħaġa simili. Din hija talba ġenwina? Jew se tiġi scammed?
Dan l-aħħar rajna għadd ta’ scams tan-namur u d-dating. Int se tkun wieħed/waħda minnhom?
Aqra l-pariri ta’ ĠEMMA dwar il-prevenzjoni tal-frodi tan-namur u d-dating. Bħal dejjem nirringrazzjaw lill-Fondazzjoni e-Skills Malta għall-infografika u l-kontribut tagħhom għall-pariri ta’ ĠEMMA.
Ikkuntattja lis-Cyber Crime Unit fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kif ġej:
Online: computer.crime@gov.mt
Bit-telefown: +356 2294 2231/2
In Persona: Ċempel jew żur kwalunkwe Għassa tal-Pulizija u għamel rapport. L-Uffiċjal tal-Pulizija tad-Distrett se jitlob l-assistenza ta’ membru tas-Cyber Crime Unit kif meħtieġ.