STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA – STĦARRIĠ TAL-POLZ TA’ AWWISSU

Hemm sejbiet interessanti fit-tielet stħarriġ ikkummissjonat minn ĠEMMA, fi ħdan il-Ministeru tal-Familja, Dritt tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u mwettaq mill-EMCS għax-xahar ta’ Awwissu 2020. Is-suġġett kopra l-immaniġġjar tal-flus fid-djar matul il-pandemija tal-COVID-19. Jidher li żewġ terzi tal-popolazzjoni (63%)  ma kellhom l-ebda tibdil fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom għal dawn l-aħħar tliet xhur. Dan huwa pjuttost inkoraġġanti meta…