IS-SERJE TA’ VIDJOWS TA’ ĠEMMA DWAR L-IBBAĠITJAR – X’INHU BAĠIT?

ĠEMMA u l-Bank Ċentrali ta’ Malta daħlu fi sħubija strateġika fl-2020 biex jiżviluppaw sensiela ta’ filmati edukattivi dwar l-ibbaġitjar.  Tista’ ssib dawn il-vidjows kollha fuq il-paġna tal-vidjows ta’ ĠEMMA – https://gemma.gov.mt/videos/.  Il-vidjows huma bil-Malti. Il-videos huma ppreżentati minn Vanessa Macdonald, ġurnalista rrispettata Maltija, li kienet l-editriċi ta’ gazzetta popolari li toħroġ kull ġimgħa fuq in-negozju…