ĠEMMA u l-Bank Ċentrali ta’ Malta daħlu fi sħubija strateġika fl-2020 biex jiżviluppaw sensiela ta’ filmati edukattivi dwar l-ibbaġitjar. Tista’ ssib dawn il-vidjows kollha fuq il-paġna tal-vidjows ta’ ĠEMMA – https://gemma.gov.mt/videos/. Il-vidjows huma bil-Malti.
Il-videos huma ppreżentati minn Vanessa Macdonald, ġurnalista rrispettata Maltija, li kienet l-editriċi ta’ gazzetta popolari li toħroġ kull ġimgħa fuq in-negozju u diversi portali fuq l-internet. Illum Vanessa hija l-Koordinatur tal-Komunikazzjonijiet tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se npoġġu din is-serje ta’ vidjows fuq il-portal tagħna.
L-ewwel vidjow li nedejna flimkien kien: “X’inhu Baġit?” Tista’ tara dan il-vidjow billi tikklikkja fuq din il-link. F’dan il-filmat Vanessa tiddiskuti l-punti li ġejjin li għandek tkun taf – fosthom:
- Għandek bżonn tibbaġittja.
- Id-differenza bejn il-ħtiġijiet u x-xewqat.
- Għaliex għandek tipprijoritizza?
- Għaliex għandek tistabbilixxi għanijiet finanzjarji?
- Kif timmaniġġja l-baġit tiegħek?
- Introduzzjoni għall-Planner tal-Baġit Tiegħi ta’ ĠEMMA.
Għarrafna bil-ħsibijiet tiegħek. Aħna ħerqana li nisimgħu mingħandek. U aħna f’ĠEMMA nħeġġuk tixxerja din il-link jew il-vidjow mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq Facebook.